Olimpijadi TOKYO 2020
Ġurnata ‘l bogħod mill-Paraolimpjadi … jaslu aktar atleti u kontinġenti f’Tokjo

Aktar atleti paralimpiċi waslu fil-belt ta’ Tokjo matul il-ġurnata tat-Tnejn, jum biss qabel jingħata bidu għal-Logħob Paralimpiku.

Atleti, coaches u membri ta’ kontinġenti differenti, fosthom l-Irlanda, il-Gran Brittanja u l-Lussemburgu, kienu milqugħa mill-istaff u l-voluntiera li qed jgħinu fl-ajruport ta’ Haneda, Tokjo.

Filwaqt li l-Ġappun qed jiġġieled mewġa oħra ta’ każijiet ġodda ta’ Covid-19, ftit tal-jiem ilu kien deċiż li bħal-Logħob Olimpikju, il-Paraolimpjadi jsiru mingħajr spettaturi.

L-istat t’emerġenza fil-belt ta’ Tokjo u fi bliet oħra ser jibqa’ sejjer sat-12 ta’ Settembru, ġimgħa wara li jintemmu l-Paraolimpjadi.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA