Futbol lokali
FILMAT: Gżira jibqgħu għad-dell ta’ Floriana b’rebħa fuq Mosta

Gżira United …..3

Mosta…………….1

Wara żewġ minuti logħob tasal l-ewwel azzjoni meta kross ta’ Kyle Xuereb ballun fuq ras Kotlov bil-ballun jispiċċa barra fuq ix-xibka. 8 minuti għal darb’oħra Mosta meta azzjoni personali ta Weverton Gomez li mill-viċin ra lil Haber isalva. Fil-25 minuta Gżira viċin li jmorru fil-vantaġġ meta azzjoni ta’ Samb ballun lejn De Assis li waħdu ra lil Vella isalva.

Fit-43 minuta Gżira jmorru fil-vantaġġ meta kross ta’ Kone lejn De Assis li mill-viċin tefa fir-rokna tax-xibka. U minuta wara Gżira jirduppjaw meta għal darb’oħra kross ta Kone lejn Samb li bir-ras qabbeż il-ballun minn fuq Vella bil-ballun jispiċċa fix-xibka.

Fit-63 minuta tasal l-ewwel azzjoni tat- tieni taqsima liema azzjoni tara lil Mosta inaqqsu d-distakk meta pass ta’ Dexter Xuereb lejn Kotlov li ra x-xutt tiegħu jaħbat mal-lasti u jispiċċa fix- xibka. Fis-70 minuta Mosta jispiccaw jilagħbu b’ragel anqas hekk kif tkeċċa Villareal għat-tieni karta safra.

Biex fid-90 minuta Gżira jsibu x-xibka għat tielet darba meta ħarba t’ Conti li qassam lil Cohen b’dan tal-aħħar jgħaddi l-ballun lejn Kone li minn barra l-kaxxa tefa’ l ballun fix-xibka.

Riżultat Finali: Gżira Utd. 3 Mosta 1

BOV Player tal-Logħba Hamed Kone

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT PREMIER 2019/20 Valletta……….2 Sliema………..1 Valletta reġgħu rritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Sliema Wanderers bl-iskor minimu ta’ 2-1. Dawn it-tliet punti kienu ferm prezzjużi minħabba li issa t-tim mill-kapitali qabżu…

Futbol lokali

Tħabbret il-mewt tal-eks plejer tat-tim Nazzjonali Malti u ta’ Valletta FC. Josie Urpani miet fl-età ta’ 83 sena. Ma’ Valletta FC, Urpani rebaħ tliet titli u żewġ F.A. Trophies Urpani…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 GŻIRA UTD……1 SANTA LUCIA..2 Santa Lucia ħasdu lil Gżira b’żewġ gowls tal-player tal-logħba Rei Tachikawa biex minkejja li lagħbu nofs it-tieni taqsima bi player anqas xorta…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 SIRENS FC……..2. MOSTA FC…….0. Fil-11-il minuta pass tajjeb ta’ Lucas Memezes lil Flavio Cheversan li baqa’ javvanza pero xutt finali tiegħu gie imdawwar f’korner minn Vella….

Aktar