Futbol lokali
Gżira jitilgħu fl-ewwel post b’rimonta b’gowl lejn it-tmiem ta’ Jefferson De Assis

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21

GŻIRA UTD………………………2 

ŻEJTUN CORINTHIANS………1

Rebħa b’rimonta għal Gżira United b’goal lejn l-aħħar.

Fl-14 –il minuta korner għal Gzira li ngħata minn Hamed Kone u daqqa ta’ ras ta’ Steve Borg tispiċċa ftit barra. Erba’ minuti wara free-kick għall-Maroons mogħti minn Jackson Usaga li għadda ftit barra mil-lasti ta’ Cassar. Fis-26 minuta kross mil-lemin ta’ Jurgen Suda u daqqa ta’ ras ta’ Kemar Reid tispiċċa ftit barra, pero’ minuta wara l-istess Reid poġġa lil Żejtun fil-vantaġġ, wara kross Jose Gomes, b’daqqa ta’ ras mill-viċin Reid għeleb lil Curmi. Fid-39 minuta free-kick dirett ta’ Hamed Kone u l-goalkeeper Cassar salva tajjeb. Ftit qabel spiċċat l-ewwel taqsima xutt angulat b’saħħtu ta’ Jefferson De Assis jaħbat max-xibka minn barra.

Fil-bidu tat-tieni taqsima Gżira ħarġu fuq l-attakk u fil-50 minuta xutt insidjuż ta’ Jackson Usaga u Cassar imblokka b’diffikulta’. Tliett minuti wara xutt sabiħ ta’ Amadou Samb u Cassar dawwar f’korner, mill l-istess korner li ngħata minn Usaga, wasal il-gowl tad-draw għal Gzira, meta minn taħt il-lasta b’daqqa ta’ ras Amadou Samb għeleb lil Cassar. Fit-63 minuta free-kick ta’ Nikolai Muscat spiċċa ftit barra. Fl-74 minuta Żejtun kienu viċin li jmorru fil-vantaġġ meta free-kick ta’ Jose Gomes u daqqa ta’ ras ta’ Lucas Gama taħbat mal-lasta tal-Maroons. Fl-84 Gżira spiċċaw b’għaxar pleyers meta tkeċċa Jackson Usaga wara li ntwera karta ħamra diretta. Fit-88 minuta xutt ta’ Jefferson De Assis ħasad għal kollox lil Cassar biex ta rebħa lil Maroons. Fid-90 minuta Gżira sfaw b’disa pleyers meta tkeċċa Omar Elouni wara li ntwera wkoll karta ħamra diretta.

Riżultat finali: Gżira Utd 2  -1  Żejtun C.

Referee: Ishmael Barbara.

BOV Pleyer tal-partita : Amadou Samb ( Gżira Utd).

Gżira Utd.

A.Curmi, M.G.Bohrer, S.Borg, N.Muscat, C.Borg ( D.Xuereb 64’), H.Kone ( A.Cohen 81’), M.J.Usaga, D.R.Correa, S.Borg ( O.Elouni 75’), A.Samb, J.De Assis.

Żejtun Corinthians.

C.Cassar, D.Albanese, M.L.Gama, K.D.Reid, J.Suda ( A.Carabott 70’), T.Bonfim Dos Santos, C.Grech, F.J.Gomes, F.R.Silva, N.Tabone, A.De Barros.

Miktub minn...
TVM Sport
.