Futbol lokali
FILMAT – Gżira tliet punti taħt Floriana

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019-20

Senglea A …………………. 1

Gżira U …………………….. 3

Gżira United kisbu rebħa diffiċli kontra Senglea Athletic biex telgħu fit-tieni post tal-klassifika tlett punti taħt il-leaders Floriana.

Il-logħba kellha bidu eċċitanti  hekk kif wara biss ħames minuti Senglea fetħu l-iskor. Ballun fit-tul fid-direzzjoni ta’ Marukawa li daħal waħdu fil-kaxxa u twaqqa minn Haber bir-referee jordna penalty. Kien Virano li kkonverta biex poġġa lill-Isla fil-vantaġġ.

Fil-ħdax il-minuta Senglea fallew ċans li jirduppjaw meta minn free kick ta’ Virano kien Olberkis li falla minn quddiem il-lasta.

L-ewwel azzjoni ta’ Gżira waslet fis-sittax il-minuta meta xutt ta’ Jefferson kien imblukkat minn Curmi biex mir-rebound xutt ieħor din id-darba ta’ Oyama ġie mxellef f’corner.

Daqqa ta’ ħarta għal Senglea fil-25 minuta hekk kif tkeċċa Elvis Sakyi għal foul fuq Martin Davis. Biex Gżira kisbu l-gowl tad-draw fil-35 minuta meta wara azzjoni ta’ corner mogħti minn Cohen inqalgħet taħwida fuq il-linja tal-gowl b’Rodolfo Soares ikun l-aħħar li jmiss il-ballun qabel qabeż il-linja.

Fil-bidu tat-tieni taqsima l-logħba ġiet mwaqqfa għal ftit tal-ħin minħabba x-xita qawwija li ħakmet l-Istadium. Fis-56 minuta Jefferson sab lil Samb fil-kaxxa iżda l-attakkant mis-Senegal spara għoli.

Gżira marru minn fuq fit-62 minuta b’xutt stupend ta’ Jefferson de Assis wara azzjoni personali fajjar xutt angolat għar-rokna ta’ fuq tax-xibka.

Fil-75 minuta xutt fil-baxx ta’ Marukawa għadda jħakkek mal-wieqfa. Iżda kien Gżira li ssiġillaw ir-rebħa disa’ minuti minn tmiem il-partita meta Jefferson de Assis qassam lejn Gianmarco Conti li min nofs il-kaxxa poġġa l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Riżultat finali  Senglea A. 1 Gżira Utd. 3

Ikkontrolla din il-logħba r-referee Stefan Pace

Il-player ta’ Gżira United Jefferson de Assis ġie vvutat bħala l-BOV Player tal-Logħba

Miktub minn...
Chris Cassar
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

F’kitba li tella’ fuq il-profil tiegħu ta’ facebook ftit tal-ħin ilu, Paul Zammit, ħabbar li m’għadux kowċ ta’ Gżira United. Zammit qal li wara diskussjonijiet mal-President Sharlon Pace, intlaħaq qbil…

Futbol lokali

L-ex plejer nazzjonali Noel Turner inħatar Direttur Tekniku tal-Youths ta’ Sliema Wanderers FC. Turner hu ex plejer u captain ta’ Sliema Wanderers FC li magħhom rebaħ kull unur possibbli fil-futbol…

Futbol lokali

Illejla l-MFA u l-President Bjorn Vassallo taw l-ewwel reazzjoni tagħhom wara l-Kunsill tat-Tnejn li għadda fejn fih ittieħdu l-voti dwar l-eżitiċi finali tal-klassifiċi. F’konferenza stampa ta’ aktar minn siegħa li…

Futbol lokali

Bjorn Vassallo, il-President tal-Malta Football Association, se jkun qed jitkellem f’konferenza tal-aħbarijiet, illum fus-19.00. Il-konferenza se tixxandar diretta fuq TVM2. Il-President tal-MFA se jkun qed jitkellem għall-ewwel darba minn wara…

Aktar