Futbol lokali
Gżira United FC jitolbu investigazzjoni wkoll dwar il-ħruġ tal-liċenzja tal-UEFA lil Floriana FC

Gżira United FC huma t-tieni klabb wara Valletta FC li talbu lill-Malta Football Association tinvestiga l-mod kif Floriana FC ingħataw il-liċenzja tal-UEFA biex jikkompetu fil-UEFA Champions League fl-istaġun li jmiss.

Ilbieraħ, il-klabb Belti, kiteb lill-MFA u talab investigazzjoni dwar dawn l-allegazzjonijiet li kienu qegħdin jagħmlu huma stess.

Waqt il-laqgħa tal-Eżekuttiv tal-MFA tal-bieraħ, Gżira Utd qalu li li l-klabb tagħhom għandu informazzjoni wkoll dwar possibbiltà ta’ irregolaritajiet fis-sottomissjoni ta’ Floriana FC għal-liċenzja tal-UEFA.

Gżira United għandhom interess indirett f’din il-kwistjoni peress li jkunu t-tim li jilagħbu fil-kompetizzjoni tal-UEFA Europa League fl-istaġun li ġej jekk kemm-il darba Floriana jiġu sospiżi.

Dan peress li Birkirkara FC iddeċidew li ma japplikawx għal-liċenzja tal-UEFA meta l-Kampjonat BOV Premier twaqqaf minħabba l-COVID-19.

TVMSport jinsab infurmat ukoll li fil-klabb ta’ Gżira United, hemm qbil unanimu li kulħadd irid isir jaf il-verità dwar jekk hemmx irregolaritajiet fil-mod kif Floriana ħadu l-liċenzja u jekk hemm, minn min ġew approvati u jekk intużax l-istess kejl ma’ kull klabb biex ingħata l-liċenzja.

Il-Maroos qalu li qed jistennew li ladarba din il-kwistjoni ma ġietx diskussa fl-Eżekuttiv tal-bieraħ, irid ikun il-bureau tal-MFA li jagħmel dan.

Ilbieraħ, Floriana FC irribattew dawn l-akkużi billi qalu li dan hu attakk ieħor malizzjuż fuqhom min-naħa ta’ Valletta FC biex it-tim ma jitħallix jikkompeti fil-UEFA Champions League bi dritt, wara li saru Champions tal-futbol Malti.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Floriana FC, iċ-champions tal-futbol Malti, ittellgħu biex jilagħbu kontra t-tim popolari Rumen CFR Cluj, fl-ewwel rawnd tal-kompetizzjoni tal-UEFA Champions League tal-istaġun li jmiss. Il-partita se tkun qed tintlagħab f’Malta ftit…

Futbol lokali

Futbol lokali: il-bieraħ logħba ta’ ħbiberija bejn Gżira United u Vittoriosa Stars li ntlagħbet fil-Victor Tedesco Stadium. Rebħa ta’ 4-0 għal Gżira United bil-goals għal Maroons skorjati minn: Jefferson li…

Futbol lokali

Hekk kif il-ftuħ tal-istaġun tal-football 2020/21 bl-impenji tal-Clubs Maltin fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA riesaq iktar viċin, l-MFA fiċ-ċirkostanzi preżenti qed tħejji u tintensifika l-protokolli mediċi interni tagħha biex fl-eventwalita’ li l-Clubs Maltin…

Aktar