Futbol lokali
Gżira United FC u Floriana FC jiktbu l-Istorja…idaħħlu protest fl-MFA dwar il-partita kontra xulxin

Gżira United FC u Floriana FC, ilbieraħ daħlu fl-uffiċini tal-MFA protest kontra xulxin dwar il-partita ta’ tmiem il-ġimgħa li għaddiet u li ntemmet fi draw ta’ 2-2 biex iż-żewġ naħat ħadu punt kull wieħed.

Il-każ idur madwar żewġ plejers; Marcelo Dias ta’ Floriana u Dexter Xuereb ta’ Gżira United u ż-żewġ timijiet qed jgħidu li t-tnejn kienux eliġibbli li jilagħbu l-partita ta’ kontra xulxin.

Gżira Utd qed jipprotestaw mill-fatt li Dias ġie rreġistrat fil-31 ta’ Jannar, ġurnata qabel il-partita kontra Valletta u allura ma kienx eliġibbli li jilgħab. Għaldaqstant, il-plejer kellu jiskonta l-partita kontra Gżira United peress li kienu għadhom m’għaddewx it-48 siegħa mir-reġistrazzjoni. Sorsi mill-klabb Furjaniż qegħdin jgħidu li l-plejer kien irreġistrat fit-30 ta’ Jannar u kkonfermat fil-31 ta’ Jannar.

Floriana qed jipprotestaw mill-fatt li Xuereb baqa’ ma skontax il-partita minn meta rreġistra ma’ Gżira United. Il-partita kellha tkun dik kontra Sliema Wanderers li l-Maroons tilfu bl-iskor ta’ 1-0. Xuereb lagħab f’din il-partita iżda ovvjament, Sliema Wanderers ma kienux se jipprotestaw dwar plejer involut f’partita kontriehom li huma rebħu. B’hekk, Floriana qed jilmentaw li l-plejer baqa’ ma skontax il-partita.

TVM Sport tkellem ma’ persuna li taħdem mal-Malta Football Association, ilha fil-futbol snin twal u esperta tar-regolamenti.

Din il-persuna qaltilna li qatt kemm ilu fil-futbol Malti u fl-MFA ma jiftakar żewġ klabbs idaħħlu protest kontra xulxin dwar l-istess partita.

“Qatt f’dawn l-aħħar snin ma niftakar xi ħaġa bħal din. Kemm ilhi hawn jien żgur li le u ma niftakarx li qatt ġrat qabel anqas. Biex tiġri xi ħaġa bħal din, il-partita bilfors trid tispiċċa fi draw. Jekk iż-żewġ plejers jinstabu ħatja li mhux suppost lagħbu, awtomatikament jaħlu żewġ partiti. Jista’ wkoll ikollna sitwazzjoni fejn iż-żewġ timijiet jitilfu l-punt li akkwistaw u jibqgħu b’xejn it-tnejn,” qaltilna din il-persuna.

Is-sitwazzjoni tista’ tiswa qares liż-żewġ timijiet u dan jekk jinstab li ż-żewġ naħat għandhom raġun.

Ir-regolamenti tal-MFA jgħidu li jekk plejer lagħab u ma kienx eliġibbli jiġi sospiż awtomatikament żewġ partiti.

Agħar minn hekk, jekk iż-żewġ timijiet jingħataw raġun, jista’ jkollna sitwazzjoni farseska fejn it-tnejn li huma jittieħdilhom il-punt li akkwistaw fi draw ta’ 2-2.

Dan il-każ mistenni jiġi deċiż l-ewwel darba li jitlaqqa’ l-Bord tal-Protesti tal-Malta Football Association.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Waqt laqgħa permezz ta’ video-conference li saret illum bejn il-UEFA u l-55 assoċjazzjoni membru, fosthom Malta, l-Assoċjazzjoni Ewropeja tal-futbol ħabbret xenarji ġodda dwar id-deċiżjoni jekk u meta l-kampjonati domestiċi fl-Ewropa…

Futbol lokali

Il-COVID-19 qed jaffettwa anke s-settur tal-ekonomija sportiva f’pajjiżna. Huma ftit forsi dawk li jimmaġinaw li fost l-eluf ta’ impjiegi f’riskju li jintilfu f’pajjiżna hemm ukoll diversi impjiegi fil-futbol lokali. Sandro…

Futbol lokali

L-MFA issospendiet il-football kollu f’Malta u Għawdex b’mod indefinit. Id-deċiżjoni ttieħdet mill-bureau tal-assoċjazzjoni li ddiskuta s-sitwazzjoni attwali tal-coronavirus f’telekonferenza bejn il-membri tiegħu llum. Id-deċiżjoni tgħodd anke għall-futsal. L-attivitajiet kollha tal-football…

Futbol lokali

L-14-il klabb tal-Kampjonat BOV Premier għandhom opinjonijiet differenti dwar x’għandu jsir mill-Kampjonat BOV Premier f’dan l-istaġun jekk kemm-il darba ma jitkomplix iżda sitt klabbs qablu fil-prinċipju li dan il-kampjonat għandu…

Aktar