Futbol lokali
Gżira United jippreżentaw l-iskwadra

FUTBOL LOKALI

Gżira United ippreżentaw l-iskwadra tagħhom għall-istaġun li ġej waqt konferenza stampa li saret ilbieraħ filgħaxija f’post tad-divertiment f’Tas-Sliema.

Il-Maroons, li spiċċaw fit-tielet post tal-klassifika kemm fl-istaġun li għadda kif ukoll f’dak ta’ qabel,  ħatru lil Giovanni Tedesco bħala l-kowċ tagħhom filwaqt li l-iskwadra ssaħħet b’numru ta’ akkwisti fosthom l-Arthur Henrique Oyama Ricciardi, Hamed Kone  u  Jefferson Mateus de Assis Estacio. Dawn it-tliet plejers diġa’ taw il-kontribut tagħhom fl-impenji li l-klabb kellu fil-UEFA Europa League fil-kwalifikazzjoni storika kontra Hajduk Split u fil-logħob tat-tieni rawnd kontra FK Ventspils.

Il-klabb baqa’ attiv fis-suq tat-trasferimenti tas-sajf meta kiseb ukoll il-firma tal-gowlkiper żagħżugħ Ġappuniż Ryoto Yokokawa, l-eks-plejer ta’ St Andrews Martin Davis u l-plejer żagħżugħ ta’ 19-il sena Romario Camilleri.

Sadanittant Gżira United żammew diversi plejers stabbiliti fosthom  Justin Haber, Fernando Barbosa, Rodolfo Soares, Gianmarco Conti, Andrew Cohen u Amadou Samb filwaqt li jistgħu jafdaw ukoll fi plejers ta’ talent bħal Juan Corbalan, Nikolai Muscat u Zach Scerri.

Fl-aħħarnett dawk preżenti kellhom iċ-ċans jaraw filmat verament interessanti dwar is-suċċessi storiċi li seħħew taħt il-presidenza ta’ Sharlon Pace li għen lill-klabb jikseb postu fil-kampjonat Premier filwaqt li  witta t-triq għall-kwalifikazzjoni għat-tazzi Ewropej wara nuqqas ta’ 45 sena.

 

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Emmanuel Bartolo, gowlkiper ta’ Hamrun Spartans u Destin Mambouana, plejer ta’ Tarxien Rainbows, ġew sospiżi partita mill-Kummissarju tad-Dixxipplina tal-Malta Football Association. Iż-żewġ plejers iridu jiskontaw il-partita li jmiss mill-Kampjonat BOV…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 VALLETTA FC……….1 FLORIANA FC………1 Quddiem folla ta’ madwar 3,800 spettatur ir-rivali Valletta u Floriana ħadu punt kull wieħed hekk kif il-Beltin ġabu l-goal tad-draw fl-aħħar sekondi…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/2020 Gudja Utd……1 St Lucia……..1 Wara 6 minuti logħob xutt ta’ David Mendoza spiċċa ftit barra. Fl-20 minuta xutt tas-sostitut Omar Elouni ġie salvat mill-goalkeeper Debono. Fis-27…

Futbol lokali

Suċċess ieħor għall-Assoċjazzjoni tal-Malta Veterans taħt it-tmexxija tal-President Lino Bartolo hekk kif it-team spiċċa bħala runner up f’Tournament internazzjonali bl-isem ta’ Ascoli Veterans Cup fejn it-team Malti wasal sal-finali u…

Aktar