Futbol lokali
Gżira United, Valletta u Birkirkara huma t-tliet timijiet li vvutaw fil-PLSC biex jitkompla l-Kampjonat BOV Premier

Gżira United FC, Valletta FC u Birkirkara FC huma t-tliet timijiet tal-Kampjonat BOV Premier li vvutaw biex jitkompla l-kampjonat.

Dan il-vot ittieħed matul din il-ġimgħa fil-Premier League Standing Committee fil-laqgħa virtwali li saret bejn l-14-il klabb tal-Premier u li l-eżitu finali tal-vot kellu jinżamm fis-sigriet.

Madankollu, TVMSport qiegħed f’pożizzjoni li jikkonferma b’ċertezza li r-riżultat finali tal-vot ġie 10-3, bil-maġġoranza tat-timijiet iridu li l-kampjonat jieqaf hawn u tittieħed il-klassifika sal-20 ġurnata għall-kompetizzjonijiet Ewropej tas-sena d-dieħla, mentri d-diviżjonijiet kollha jerġgħu jibdew bl-istess timijiet kif kienu f’dan l-istaġun.

Floriana FC kien l-uniku klabb li astjena minn din id-deċiżjoni bil-klabb iżomm mal-pożizzjoni inizzjali tiegħu li hu favur li l-kampjonat ikompli.

TVMSport jinsab infurmat fil-bidu tal-pandemija tal-COVID-19, Valletta FC u Birkirkara FC kienu bagħtu ittra lill-MFA fejn infurmaw uffiċjalment li huma favur li l-kampjonat jitkompla sal-aħħar.

Iżda lbieraħ kien imiss lil Gżira United FC li jiktbu lill-President Bjorn Vassallo dwar l-istess ħaġa, liema ittra, irnexxielu jara kopja tagħha TVMSport.

Fl-ittra, il-Maroons għamluha ċara li huma wieħed mit-timijiet tal-Kampjonat BOV li jridu li jistennew sal-aħħar lill-Gvern u lill-Awtoritajiet tas-Saħħa biex jaraw jistax jitkompla l-kampjonat.

TVMSport għamel kuntatt ma’ Sharlon Pace, President ta’ Gżira United FC, li min-naħa tiegħu kkonferma li l-klabb tiegħu bagħat din l-ittra.

“Ħadd aktar ħlief il-Gvern m’għandu dritt iwaqqaf il-futbol Malti. Kull min verament iħobb il-futbol irid li l-kampjonat jitkompla,” qal Pace.

“Il-futbol se jitkompla f’diversi pajjiżi oħra fejn il-problema tal-coronavirus hi ħafna ikbar minn dik ta’ Malta. Mhux nara raġuni għalfejn m’għandux jitkompla f’Malta,” kompla Pace.

Fl-ittra, Gżira United FC jagħmlu referenza għall-komunikazzjoni li kient bagħtet il-UEFA fl-24 ta’ April li għadda, fejn fiha spjegat fid-dettal x’għandhom ikunu r-raġunijiet estremi li għandu jitwaqqaf xi kampjonat Ewropew.

Fost il-kundizzjonijiet, il-UEFA tagħmilha ċara lil kull Assoċjazzjoni li għandha tistenna sal-aħħar ġurnata possibbli biex tkompli l-kampjonat, u li jekk dan ma jkunx jista’ jsir minħabba l-permessi tal-awtoritajiet fil-pajjiżi, għandha tiddikjara l-kampjonat magħluq u dan għax il-UEFA tkun trid l-ismijiet finali tat-timijiet biex tibda l-kompetizzjonijiet tagħha.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Il-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA illum ħareġ is-sospensjonijiet wara l-ewwel logħbiet tal-Kampjonat BOV Premier 2020/21. Fost il-lista ta’ tliet plejers li ġew sospiżi hemm il-plejer ta’ Lija Athletic Carl Joseph Cassar li…

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 Valletta ………….4 Birkirkara……….2 Valletta fetħu l-impenji tagħhom staġjonali b’rebħa diffiċli ta’ 3-2 kontra Birkirkara. Kienet partita klassika bejn żewġ timijiet li mistennija jkunu fost il-protagonisti ewlenin…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 Ħamrun Spartans….5 Sirens………………….1 It-Taljani jgħidu, ‘Buona La Prima’. Hu hekk kien għal Hamrun Spartans. Il-Ħamruniżi jistgħu jgħidu li kellhom bidu brillanti tal-Kampjonat BOV Premier 2020/21 meta…

Aktar