X

Gżira Utd iżommu ‘l pass ma’ ta’ fuq wara rebħa fuq Balzan

Story Published

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

Balzan FC…………1

Gżira Utd………..3

Fl-ewwel taqsima ftit li xejn kellna azzjonijiet ħlief tnejn mill-Maroons, wara 5 minuti logħob xutt fil-baxx ta’ Martin Davies għadda tul il-lasta avversarja b’Mario Criaco mill-viċin naqas li jikkonkludi u fil 15 –il minuta Nikolai Muscat seraq il-ballun lil Paul Fenech kompla lejn Hamed Kone bix-xutt ta’ dan jiġi salvat bis-sieq b’diffikulta’ minn Sean Mintoff.

Fil-bidu tat-tieni taqsima Gżira kienu aktar offensivi, fil-55 minuta Davies kompla lil Hamed Kone, u xutt b’saħħtu ta’ dan ġie mdawwar f’korner minn Mintoff, żewġ minuti wara Gżira fetħu l-iskor bil-kross ta’ Kone wara azzjoni ta’ korner għola tajjeb Rodolfo Soares u b’daqqa ta’ ras tefa l-ballun ġewwa. Fit-73 minuta Gzira g]amlu l-iskor tnejn b’xejn, il-kross ta’ Corbolan u minn taħt il-lasta Martin Davis ma falliex pero’ erba’ minuti wara Balzan reġgħu daħlu fil-partita meta l-kross ta’ Luke Montebello ġie konkluż għall ġewwa minn Alfred Effiong. Fil-ħin miżjud il-goalkeeper Mintoff ħareġ jimblokka lil Davis il-ballu ġie għand is-sostitut Amadou Samb li b’lasta vojta għamel ir-riżultat finali Balzan 1 v Gzira Utd 3.

Riżultat finali : Balzan FC 1 v Gżira Utd 3.

Referee: Alan Mario Sant

BOV Plejer tal-partita:Martin Davis (Gżira Utd ).

Balzan FC: S.Mintoff, A.Loof, N.Slijivic, A.S.Adekoya, S.Pisani, S.Bezzina,P.Fenech, A.Effiong, I.Bozovic, S.Dimic, R.C.Correa.

Gzira Utd: J.Haber, F.Barbosa, N.Muscat, Z.Scerri, R.Soares, J.C.Corbolan, D.Xuereb, H.Kone, M.Criaco, W.Domoraud, M.Davis.