Futbol lokali
Gżira Utd jirritornaw fl-ewwel post temporanjament u jibqgħu bla telfa.

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19.

GZIRA UTD…………..2.
ST.ANDREWS FC…..1

Wara 4 minuti logħob kross perikoluż fil baxx ta’ Corbolan pero ‘l ebda plejer tal- Maroons ma ikkonkluda u ftit wara xutt fil baxx ta’ Andrew Cohen ġie imdawwar f’korner minn Calleja Cremona. Pero fit- tnax il-minuta Gzira marru fil- vantaġġ meta Nikolai Muscat seraq ballun tajjeb fi tlett kwarti ta’ ground baqa’ javvanza fuq il -lemin qassam għan-nofs lejn Haruna Garba li minn taħt il-lasti tas-Saints ma falliex.F’20 minuta azzjoni oħra ta’ Muscat li kompla lejn Jorge Da Silva Perriera bix-xutt tiegħu fil- baxx ġie salvat minn Calleja Cremona.Fil- 35 minuta Juan Corbolan baqa javvanza fuq il-lemin pero ix-xutt b’saħħtu tiegħu ġie imblukkat tajjeb minn Calleja Cremona.Fit- 43 minuta free-kick insidjuż li ngħata minn Matthew Woo Ling ħabat mal-lasti ta’ Haber u sekondi wara ħarba ta’ Garba u il-goalkeeper tas-Saints dawwar f’korner.Ftit qabel spiċċat l-ewwel taqsima Nicholas McLaren kompla lejn Atkinson iżda fil pront ħareġ Haber u imblokka.

Wara 3 minuti mill- ftuħ tat- tieni taqsima, ħarba ta’ Haruna Garba pero ix-xutt tiegħu ġie imblukkat minn Calleja Cremona.Fil-55 minuta free-kick angulat li ngħata minn Andrew Cohen u Calleja Cremona dawwar f’korner.Fit-68 minuta Gżira żiedu l-iskor meta kross ta’ Garba ġie konkluż għal ġewwa mill-viċin minn Andrew Cohen sabiex fl-74 minuta is-Saints naqqsu l-iskor meta kross ta’ Martin Davis din id-darba ġie konkluż minn Matthew Woo Ling għal ġewwa.

Referee: Malcolm Spiteri .
BOV Player tal partita:Haruna Garba ( Gzira Utd)

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Enrico Pepe, l-ex fidensur ta’ Floriana u Hamrun Spartans, mil-lum sar plejer ta’ Birkirkara. Id-difensur Taljan iffirma kuntratt ta’ tliet snin. Pepe hu wieħed mill-aqwa difensuri li hawn fil-futbol Malti….

Futbol lokali

It-tliet Viċi Presidenti attwali tal-Malta Football Association reġgħu ġew nominati mill-klabbs u l-Assoċjazzjonijiet Membri biex jikkontestaw l-elezzjoni li se ssir fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-20 ta’ Lulju. TVM Sport jinsab infurmat…

Futbol lokali

Alfonso Greco, il-kowċ Taljan li fil-passat kien diġà f’Malta, se jirritorna ma’ Sliema Wanderers. Greco mistenni jasal f’Malta matul din il-ġimgħa. Greco, ta’ 51 sena, se jkun qed jieħu post…

Aktar