Futbol lokali
Gżira Utd jirritornaw għar-rebħ kontra Ħamrun Spartans

Gżira Utd dawru telfa f’rebħa meta fl-Istadium Nazzjonali għelbu lil Ħamrun Spartans 2-1.

Ħamrun ħolqu l-ewwel periklu tal-logħba fit-22 minuta meta Guillherme Felipe De Castro ixxuttja ferm tajjeb iżda kienu r-riflessi tajbin tal-gowlkiper Anthony Curmi illi ċaħħduh mis-sodisfazzjon tal-gowl.

Ħames minuti wara kien Criaco għall-Ispartans illi avvanza tajjeb u b’xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa ra l-ballun sejjer ftit barra.
It-tim bil-flokkijiet ħomor u suwed komplew ikunu l-aħjar tim fil-grawnd u fl-34 minuta xutt tajjeb ta’ Criaco reġa’ sab lil Curmi attent illi b’mod spettakolari laqa’ għal korner.

Bl-ewwel taqsima tispiċċa fi draw ta’ 0-0.

Bdiet it-tieni taqsima u Gżira ħolqu l-ewwel ċans tagħhom fit-48 minuta b’xutt ta’ Andrew Cohen illi Jake Galea laqa’ mingħajr diffikulta’.

Fis-57 minuta, Ħamrun fetħu l-iskor meta Lydon Micallef avvanza tajjeb u hekk kif wasal fit-tarf tal-kaxxa l-kbira xxuttja ferm tajjeb bil-ballun jispiċċa fir-rokna tax-xibka għall-gowl tal-istampi.

Fit-62 minuta, Okoye seta’ għamel aħjar għal Gżira meta xxuttja ġo Jake Galea filwaqt illi fuq in-naħa l-oħra xutt ta’ Criaco ġiegħel lil Curmi jilqa’ f’żewġ ċirkostanzi.

Fis-67 minuta, Gżira ngħataw penalty meta Ndubisi Okoye ġie mwaqqa’ fil-kaxxa Ħamruniża minn Triston Caruana. Mill-11-il metru kien Amadou Samb illi xeħet il-ballun naħa u lil Jake Galea in-naħa l-oħra sabiex ġab l-iskor indaqs għall-Maroons. Il-coach ta’ Ħamrun Jacques Scerri tkeċċa għal protesti mar-referee.

Fis-76 minuta kien Curmi illi laqa’ tajjeb xutt ta’ Lydon Micallef.

Sabiex kontra kull mistenni Gżira sabu l-gowl illi tahom it-tliet punti meta l-eks tal-partita Haruna Garba li kien għadu kif daħal bħala sostitut, antiċipa lil kulħadd wara kross mix-xellug u bir-ras għeleb għat-tieni darba lil Jake Galea.

Fis-87 minuta, Garba għal daqsxejn ma għamilx gowl ieħor meta wara li avvanza, daħal fil-kaxxa iżda x-xutt tiegħu għadda ftit barra.

Sabiex Gżira kisbu rebħa li tħallihom jibqgħu jittamaw għall-post fil-kompetizzjonijiet Ewropej għall-istaġun illi ġej.

Riżultat finali: Hamrun 1 Gżira 2

BOV Plejer tal-logħba kien Marco Criaco ta’ Ħamrun.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

L-ex-referee Jude Amin Utulu tkeċċa mill-Malta Football Association wara li kiser ir-regolamenti tal-istess assoċjazzjoni. Id-deċiżjoni kkomunikata llum inħarġet mis-sotto-bord dixxiplinarju tar-referees fi ħdan l-MFA, wara sensiela ta’ smiegħ dixxiplinarji. Id-deċiżjoni…

Futbol lokali

Debutt b’telfa ta’ 1-0 kontra Franza għat-team nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena fi Grupp 6 ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat UEFA Euro Under 19. Il-logħob kollu tal-grupp li fih ukoll il-Belġju…

Futbol lokali

Il-membri tal-kunsill tal-Malta Football Association ingħataw dettalji tar-rekwiżiti ġodda tal-UEFA għal-liċenzjar ta’ clubs għall-kompetizzjonijiet Ewropej. Fost l-emendi għar-regolamenti ssemma’ li l-clubs li japplikaw għall-kompetizzjonijiet tal-UEFA jridu jagħmlu testijiet mediċi lill-players…

Aktar