
Futbol internazzjonali
Haley Bugeja ssir uffiċjalment plejer ta’ Sassuolo
Il-plejer nazzjonali Maltija tal-futbol, Haley Bugeja, illum saret uffiċjalment plejer tal-klabb Taljan ta’ Sassuolo.
Illum Bugeja preżentat ruħa fiċ-ċentru sportiv tal-klabb fejn ġiet milqugħa mill-ogħla uffiċjali.
Fl-aħħar żewġ staġuni, Bugeja skurjat total ta’ 140 gowl fiż-żewġ kampjonat maġġuri f’pajjiżna.
Bugeja, ta’ 16-il sena, ddebuttat ukoll fit-tim nazzjonali tal-kbar u proprju lbieraħ rebħet l-unur tal-aqwa plejer femminili taż-żewġ kategoriji fl-unuri annwali tal-MFA.
Bugeja mhux l-uniku plejer femminili li se tkun qed tilgħab fl-Italja.
Ftit tax-xhur ilu, Nicole Sciberras ingħaqdet mal-Primavera ta’ Juventus filwaqt li Rachel Cuschieri u Emma Lipman se jilagħbu ma’ Lazio.