Futbol lokali
Haley Bugeja tingħaqad ma’ Sassuolo Calcio

Il-plejer nazzjonali Maltija Haley Bugeja fis-sigħat li ġejjin se tingħaqad mal-klabb Taljan ta’ Sassuolo Calcio.

Bugeja ta’ 16-il sena, se tkun qed tagħmel it-testijiet mediċi qabel tiffirma kuntratt li jżommha mal-istess klabb u tkun tista’ tibqa’ għall-pre season mal-kumplament tal-iskwadra.

Bugeja se tkun qed issegwu lill-kollegi tagħha Nicole Sciberras li ngħaqdet ma’ Juventus, u l-plejers ta’ Lazio Emma Lipman u Rachel Cushcieri li kollha se jilagħbu fl-Italja fl-istaġun li ġej.

It-tim immexxi minn Gianpiero Piovani kien fis-sitt post tal-klassifika tas-Serie A femminili qabel ma l-futbol twaqqaf minħabba l-COVID-19.

Miktub minn...
TVM Sport