Motorsport
Ħames sewwieqa Maltin jieħdu sehem fi Braga, il-Portugall

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ħames timijiet Maltin tal-Hillclimb, membri tal-Island Car Club, irrappreżentaw lil Malta fl-FIA Hillclimb Masters fi Braga, il-Portugall.

Il-Masters ġabru flimkien lir-rebbieħa tal-kampjonati nazzjonali rikonoxxuti mill-ASNs lokali.

Flimkien mat-timijiet rispettivi tagħhom, il-ħames sewwieqa li rrappreżentaw lil Malta kienu Kurt Camilleri, Keith Camilleri, Kenneth Camilleri, Matthew Zammit, u Zach Zammit. Il-Federazzjoni għażlet lil Jonathan Tonna bħala l-captain tat-tim filwaqt li William England irrappreżenta lill-Federazzjoni fil-kapaċità tiegħu ta’ Viċi President.

Kurt Camilleri permezz tar-Radical spiċċa fl-24 post, l-10 fil-kategorija tiegħu u l-5 fil-klassi.

Fuq l-Empire Wraith Suzuki, Zachary Zammit spiċċa fit-30 post, it-13 fil-kategorija u t-8 fil-klassi tiegħu.

Keith Camilleri, fuq Radical temm fil-45 post fost il-152 karozza, is-16 fil-kategorija u s-7 fil-klassi tiegħu.

Kenneth Camilleri, fuq Dallara temm tmiem il-ġimgħa fis-66 post, fit-22 fil-kategorija, it-12 fil-klassi tiegħu.

Matthew Zammit temm it-tellieqa fit-83 post, 25 fil-kategorija u t-13 fil-klassi tiegħu fuq Suzuki Van Diemen.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA