Futbol lokali
FILMAT: Ħamrun jippreżentaw il-plejer Franċiż Claude Dielna

Suq tat-trasferimenti: Ħamrun Spartans ikkonfermaw li akkwistaw plejer barrani ieħor dan hu l-Franċiż Claude Dielna li għandu 33 sena. Hu jilgħab bħala difensur ċentrali.

Fi preżentazzjoni professjonali awdjoviżiva u mhux tas-soltu għall-ebda Club Malti, Ħamrun ħadu lil Dielna kemm fil-Victor Tedesco Stadium u anke fi Strada Rjali l-Ħamrun bil-lejl u ppreżentaw lill-plejer fuq il-paġna tagħghom ta’ Facebook.

Fil-passat dan id-difensur internazzjonali lagħab ma’ Olympiakos, Sheffield Wednesday, Slovan Bratislava u Dinamo Bucharest qabel esperjenza qasira fl-Istati Uniti.

 

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.