Futbol lokali
FILMAT: Ħamrun miżmuma minn Santa Lucia

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/2020

Ħamrun Spartans………….1

Santa Lucia…………………..1

Ħamrun u Santa Lucia temmew il-konfront tagħhom fi dro ta’ 1-1. Kienet logħba ferm akkanita b’azzjonijiet offensivi miż-żewġ naħat.

Eżatt mal-ewwel minuta logħob xutt minn barra l-kaxxa ta’ Kevin Ante Rosero għal Santa Lucia għadda għoli.

Risposta ta’ Ħamrun fir-raba’ minuta meta wara kross mil-lemin, il-keeper Ryan Caruana naqas li jikklerja tajjeb sabiex xutt ta’ Marco Criaco għadda kemm kemm barra.

Fis-16-il minuta xutt ta’ Valdo Alinho ta’ Ħamrun ġie milqugħ tajjeb minn Ryan Caruana.

Żewġ minuti wara, l-Ispartans imorru minn fuq. Kien kross tajjeb ta’ Valdo Alinho preċiż lejn Wilfried Domoraud li mill-viċin iddepożita fix-xibka.

Fid-39 minuta wara kross mix-xellug kien Rei Tachikawa għal Santa Lucia li bir-ras xeħet barra.

Fil-41 minuta, protesti Ħamruniżi wara li daqqa ta’ ras ta’ Nikolopoulos setgħet messet ma’ id difensur ta’ Santa Lucia, bir-referi li ħalla l-logħob għaddej.

Bl-ewwel taqsima tagħlaq 1-0 favur Ħamrun.

Fit-tieni taqsima u eżatt mal-ftuħ kross ta’ Jacob Walker iltaqa’ tajjeb ferm ma’ ras Rei Tachikawa bil-ballun imur kemm kemm barra.

Fis-67 minuta, kien il-gowlkiper Ħamruniż Jean Claude Debattista li ddistingwa ruħu b’save mill-aqwa fuq xutt qawwi ta’ Kevin Ante Rosero.

Fuq in-naħa l-oħra xutt minn barra l-kaxxa ta’ Soufiane Lagzir għadda kemm kemm barra.

Santa Lucia ġabu l-iskor indaqs fis-77 minuta meta wara lob ta’ Wilkerson, kien is-sostitut Jamie Zerafa li bir-ras f’lasta vojta tefa’ l-ballun fix-xibka.

Ħamrun Spartans ippruvaw jagħmlu reazzjoni iżda sabu lid-difiża avversarja inkluż il-gowlkiper Ryan Caruana f’vena mill-aqwa.

ĦAMRUN Jean Claude Debattista, Triston Caruana, Valdo Alinho, Ailton Jorge dos Santos Soares (Daniel Borg 71 min), Wilfried Domoraud, Clayton Failla, Soufiane Lagzir, Marco Criaco, Karl Micallef,  Orestis Nikolopoulos, Mattia Cinquini.
Coach: Manuele Blasi

SANTA LUCIA Ryan Caruana, Gabriel Bohrer Mentz, Kevin Pinheiro, Jackson David Usuga Mendoza, Kevin Ante Rosero (Lee Galea 87 min), Carlos Riascos Torres, Jacob Walker, Daniel Agius, Omar Elouni (Jonathan Magri Overend 58 min),  Rei Tachikawa (Jamie Zerafa 76 min), Wilkerson Gomes,
Coach: Oliver Spiteri
Skorjaw: Wilfried Domoraud (Ħ) 18 min, Jamie Zerafa 77 min (SL)

Imwissija: Oresti Nikolopoulos, Valdo Alinho, Soufiane Lagzir (Ħ) David Mendoza, Kevin Pinheiro, Carlos Torres Riascos, Wilkersen Gomez (SL)

BOV Plejer tal-Logħba kien Wilfried Domoraud ta’ Ħamrun Spartans.

Referee: Mario Apap

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Il-Kumitat tal-Club tal-Football ta’ Qrendi illum għamilha ċara u ċaħad xnigħat li qed jidhru fil-midja soċjali, li  mhuwiex minnu li ma riedx ikun promoss fil-Kampjonat Premier. Fi stqarraija l-Club qal…

Futbol lokali

Floriana huma champions tal-football Malti wara vot fil-kunsill tal-MFA: u b’votazzjoni separata Tarxien Rainbows se jżommu posthom fil-Kampjonat BOV Premier li l-istaġun li ġej se jkollu sittax-il team. Nadur Youngsters…

Futbol lokali

Il-Kunsill tal-MFA ivvota wkoll favur it-tielet mozzjoni li kien hemm fil-ġurnata u biha Nadur Youngsters FC saru Champions tal-futbol Għawdxi. 55 vot kienu favur din il-mozzjoni, erbgħa kienu kontra u…

Futbol lokali

Floriana FC huma ċ-Champions il-ġodda tal-futbol Malti. Id-deċiżjoni ttieħdet ftit tas-sekondi ilu mill-Kunsill tal-Malta Football Association. Il-voti ntefgħu hekk: 47 favur il-klassifiċi preżenti, 18 kontra, u astjenew 10 persuni. Dan…

Aktar