Futbol lokali
FILMAT: Ħamrun Spartans jirbħu lill-Pawlisti u jitilgħu fit-tieni post

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

Hibernians……………1

Hamrun………………2

Fis-7 ġurnata Ħamrun ħarġu bi tlett punti importanti biex telgħu momentarjament b’erbatax –il punt tlett punti taħt Floriana meta fis-Centenary Stadium għelbu lil Hibernians bl-iscore ta’ 2-1.  Ħamrun li kienu ġejjin minn telfa kontra Mosta filwaqt li għal Pawlisti din kienet it-tielet telfa l-aħħar waħda kontra B’Kara. Jirritorna fuq il-bank tas-sostituti wara injury fit-tul għal Hibernians Jurgen Degabriele filwaqt li Joseph Mbong kien sospiż. 

Hibernians ħarġu fuq l-offensiva u fit-tlettax –il minuta  Cross ta’ Leonardo Nanni , jogħla tajjeb Bjorn Kristensen d-daqqa ta’ ras ballun jiġi mdawwar f’corner. Fit-tmintax –il minuta botta u risposta minn Ħamrun Cross ta’ Criaco u daqqa ta’ ras ta’ Domoraud li ma jkunx tajjeb. 

Wieħed u għoxrin minuta Ħamrun baqgħu jinsistu u jieħdu l-opportunitajiet biex kien Lagzir xutt minn tarf il-kaxxa b’Jovicic idawwar f’corner. U minn l-istess corner ballun li ma ġiex ikklerjat sewwa biex Cross-shot ta’ Clayton Failla jiftaħ l-iscore u jħalli lil Jovicic iħares. 

Ħamrun baqgħu jistinkaw u fl-erbgħa u għoxrin minuta pass preċiż ta’ Soares lejn Failla javvanza u jbiddel id-direzzjoni lejn il-lasti ta’ Hibernians – opportunita’ li ġiet mitlufa. 

Man-nofs siegħa logħob Hamrun reġgħu sabu x-xibka permezz ta’ Jorge Soares xutt minn tarf il-kaxxa li għeleb għat-tieni darba lil Jovicic. 

Fis-sitta u tletin minuta xutt ta’ Terence Groothusen għal Pawlisti ballun li ġie mdawwar f’corner. 

Fil-ħin addizzjonali Hibernians naqqsu d-distakk għal 2-1 meta x-xutt angolat ta’ Dunstan Vella mill-vicin ma żbaljax biex tefa’ wara Bartolo.

Mas-sittin minuta kienu Ħamrun xutt minn barra l-kaxxa ta’ Lagzir ballun li għadda mħakkek minn mal-lasti ta’ Hibernians. 

Fid-disgħa u sittin minuta Hibernians tilfu ċans tad-deheb, Cross perfett fin-nofs minn Izquier Artiles bl-ebda plejer ma jagħmel kuntatt mal-ballun biex żewġt minuti biss wara reġa’ kellna Cross mis-solitu Spanjol Izquier lejn Nanni xutt mid-distanza li għadda barra. 

Tmenin minuta reġgħu Hibernians Cross ta’ Dunstan Vella daqqa ta’ ras tas-sostitut Imanol Iriberri ballun li ġie salvat. 

Riżultat finali: 

Hibernians  1 Ħamrun    2

Referee: Emanuel Grech

BOV Player tal-Logħba: Soufiane Lagzir plejer ta’ Ħamrun.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Futbol lokali: It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena llum telaq lejn l-Italja għall-partiti mill-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonat Ewropew ta’ din il-kategorija. Il-kowċ nazzjonali Winston Muscat għażel skwadra ta’ 20…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Floriana………..2 Hibernians…….2 Floriana jtemmu f’parita’ ta’ 2-2 kontra l-Hibernians, biex jibqgħu l-unika tim bla telfa fil-kampjonat wara 10 partiti. Partita’ li kien kumbattuta u bbilanċjata ferm,…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Gżira Utd……0 Sirens………..1 Tkompli għaddejja l-wirja pozittiva ta’ Sirens ħekk kif għelbu lil Gżira 1-0. L-ewwel azzjoni tal-partita tasal wara 6 minuti logħob meta outball li…

Futbol lokali

MAFA KAMPJONAT TAT-TIENI DIVIŻJONI 2019/2020 Gowl uniku ta’ Jamie Bowlby-Whiting kien biżżejjed sabiex San Ġiljan Saints ikomplu bir-rekord perfett tagħhom fil-kampjonat tat-tieni diviżjoni wara rebħa fuq Mosta Vikings. Is-Saints qed…

Aktar