Futbol lokali
FILMAT: Ħamrun Spartans u Balzan jieħdu punt kull wieħed f’partita kwieta

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19

ĦAMRUN ……………1

BALZAN FC………….1

Għal din il-partita Ħamrun kienu mingħajr Triston Caruana li kien sospiż. Fl-ewwel round il-logħba bejn dawn iż-żewġ timijiet spiċċat fi draw ta’ 2-2.

Partita li kellha ftuħ verament kwiet u kien biss wara 29 minuta li waslet l-ewwel azzjoni meta xutt mill-bogħod ta’ Alfred Effiong ġie salvat faċilment minn Emmanuel Bartolo. Fis-37 minuta, korner għal Ħamrun li ngħata minn Caetano Calil u daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Orestis Nikolopoulos ġiet imblukkat f’korner ieħor minn Steven Pisani.

Fit-tieni taqsima il-logħba kienet xi ftit aħjar. Fil-51 minuta free-kick ta’ Steven Pisani u Uros  Ljubormirac minn taħt il-lasti Ħamruniża xxutja għoli sabiex żewġ minuti wara l-iSpartans fetħu l-iskor meta l-kross ta’ Kevin Tulimieri kien konkluża fix-xibka ta’ Balzan b’daqqa ta’ ras ta’ Wilfried Domoraud, pero’ fis-60 minuta Balzan kisbu l-gowl tad-draw, wara korner li ngħata minn Ricardo Correa, kien Serrano Valero li b’daqqa ta’ ras għeleb lil Emmanuel Bartolo. Fis-66 minuta korner mogħti minn Steven Pisani qajjem taħwida kbira taħt il-lasti ta’ Bartolo biex finalment it-tenattiv ta’ Ljubomirac ġie ikklerjat minn Nikolopoulos.

Tlett minuti mit-tmien free-kick ta’ Caetano Calil ġie salvat bla diffikulta minn Mintoff u minuta wara t-tentattiv ta’ Domoruad ukoll ġiet salvat mill-goalkeeper ta’ Balzan.

Riżulatat finali: Ħamrun Spartans 1 v Balzan FC 1.

Referee: Alan Mario Sant.

BOV Player tal-partita: Ricardo Correa Duarte (Balzan FC).

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Enrico Pepe, l-ex fidensur ta’ Floriana u Hamrun Spartans, mil-lum sar plejer ta’ Birkirkara. Id-difensur Taljan iffirma kuntratt ta’ tliet snin. Pepe hu wieħed mill-aqwa difensuri li hawn fil-futbol Malti….

Futbol lokali

It-tliet Viċi Presidenti attwali tal-Malta Football Association reġgħu ġew nominati mill-klabbs u l-Assoċjazzjonijiet Membri biex jikkontestaw l-elezzjoni li se ssir fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-20 ta’ Lulju. TVM Sport jinsab infurmat…

Futbol lokali

Alfonso Greco, il-kowċ Taljan li fil-passat kien diġà f’Malta, se jirritorna ma’ Sliema Wanderers. Greco mistenni jasal f’Malta matul din il-ġimgħa. Greco, ta’ 51 sena, se jkun qed jieħu post…

Aktar