Futbol lokali
Il-Partitissima ta’ nhar is-Sibt bejn Ħamrun Spartans u Hibernians f’riskju li tkun posposta

Il-Logħba ferm mistennija tal-kampjonat BOV Premier ta’ nhar is-Sibr li ġej bejn il-leaders Ħamrun Spartans u Hibernians qedgħa f’riskju li tiġi posposta hekk kif TVM Sport għandu informazzjoni li Ħamrun Spartans għandhom xejn inqas minn tliet plejers li huma pożittivi għall-COVID-19.

TVM Sport jifhem li l-MFA illum talbet lill-Club Ħamruniż sabiex jibgħat lill-players kollha tiegħu sabiex jagħmlu swab test u r-riżultati kollha mistennija joħorġu fis-sigħat li ġejjien.

Jekk l-MFA tikkunsidra li l-kumplament tal-players Ħamruniżi huma meqjusa bħala li qedgħin f’riskju għoli allura kemm il-logħba ta’ għada mir-round ta’ 16 tal-FA Trophy bejn Ħamrun Spartans u Xagħra United u dik ta’ nhar is-Sibt jistgħu jkunu posposti.

 

 

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.