Futbol lokali
Ħamrun Spartans u Santa Lucia jippreżentaw l-iskwadri għall-istaġun li ġej

Jumejn qabel il-ftuħ tal-kampjonat Premier, Ħamrun Spartans u Santa Lucia ppreżentaw l-iskwadri tagħhom għall-istaġun li ġej.

Ħamrun Spartans ippreżentaw l-iskwadra għall-istaġun li jiftaħ nhar il-Ġimgħa fejn l-Ispartans jibdew b’konfront kontra Gżira United.

Wara li fl-istaġun li għadda Ħamrun spiċċaw fir-raba’ pożizzjoni l-mira tagħhom għall-istaġun li jmiss hi li jkomplu jtejbu fuq dan. Għadd ta’ tibdil għal Ħamrun wara t-tluq tal-kowċ Giovanni Tedesco u d-Direttur Sportiv Giovanni Farruggio.

Ħamrun għal dan l-istaġun se jkunu mmexxija mill-kowċ Manuele Blasi  u d-direttur tekniku hu Antonio Governucci.

Governucci qal li Ħamrun żammew ħafna mill-iskwadra li kellhom l-istaġun li għadda fosthom id-difensur Grieg Nikolopoulos, il-midfielder Taljan Marco Criaco u l-attakkant Franċiż Wilfried Domoraud.

Mis-suq lokali Ħamrun akkwistaw lill-goalkeeper Jean Claude Debattista u lill-internazzjonali Clayton Failla, filwaqt li mill-Italja kienu akkwistati l-midfielder Nicola Leone u d-difensur Matteo Cinquini.

L-Ispartans akkwistraw ukoll lill midfielder Portugiż Valdo Alinho, u lill-attakkanti Ailton Jorge dos Santos Soares minn Cape Verde, lill-Marokkin Lagzir Souflaine u lill-Amerikan Carlos Manuel Flores.

Anki Santa Lucia ppreżentaw l-iskwadra għall-istaġun li ġej. Għal Santa Lucia li se jkunu mmexxija mill-kowċ Oliver Spiteri l-istaġun żgur li se jkun wieħed storiku għalihom, fejn għall-ewwel darba se jkunu fl-ogħla kategorija tal-futbol Malti.

Il-kowċ Spiteri li ngħaqad mal-klabb f’nofs l-istaġun li għadda, qal li huma jridu jżommu saqajhom mal-art f’din l-ewwel esperjenza fejn il-mira prinċipali tagħhom tkun li jżommu posthom mal-kbar.

Santa Lucia kienu ferm attivi fis-suq tat-trasferimenti bl-akkwist ta’ diversi plejers barranin fosthom  Rei Tachikawa, Wilkerson Junnior de Souza Gomes , Kevin Correa, Farid Zuniga, Camilo Del Castillo Escobar, Ignacio David Fideleff, Gabriel Bohrer Mentz, u Maycon de Jesús Santana, li ngħaqdu ma’ Jackson David Usuga Mendoza u Kevin Duvan Ante Rosero li kienu protagonisti għalihom fl-istaġun li għadda u li ġeddew il-kuntratt mal-klabb.

Santa Lucia akkwistaw ukoll lill-plejer Malti ta’ taħt il-21 sena Omar Elouni mingħand Sliema kif ukoll lil Daniel Agius, Neil Spiteri u Jacob Walker.

Santa Lucia jiddebuttaw nhar il-Ġimgħa kontra ċ-Champions Valletta

Miktub minn...
Chris Cassar
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Emmanuel Bartolo, gowlkiper ta’ Hamrun Spartans u Destin Mambouana, plejer ta’ Tarxien Rainbows, ġew sospiżi partita mill-Kummissarju tad-Dixxipplina tal-Malta Football Association. Iż-żewġ plejers iridu jiskontaw il-partita li jmiss mill-Kampjonat BOV…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 VALLETTA FC……….1 FLORIANA FC………1 Quddiem folla ta’ madwar 3,800 spettatur ir-rivali Valletta u Floriana ħadu punt kull wieħed hekk kif il-Beltin ġabu l-goal tad-draw fl-aħħar sekondi…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/2020 Gudja Utd……1 St Lucia……..1 Wara 6 minuti logħob xutt ta’ David Mendoza spiċċa ftit barra. Fl-20 minuta xutt tas-sostitut Omar Elouni ġie salvat mill-goalkeeper Debono. Fis-27…

Futbol lokali

Suċċess ieħor għall-Assoċjazzjoni tal-Malta Veterans taħt it-tmexxija tal-President Lino Bartolo hekk kif it-team spiċċa bħala runner up f’Tournament internazzjonali bl-isem ta’ Ascoli Veterans Cup fejn it-team Malti wasal sal-finali u…

Aktar