Futbol lokali
Ħamrun Spartans u Żejtun Corinthians jissospendu t-training

Iż-żewġ clubs tal-Premier Ħamrun Spartans u Żejtun Corinthians ikkonfermaw li ssospendew it-taħriġ tat-timijiet wara li r-referee f’partita ta’ ħbiberija bejniethom tlitt ijiem ilu nstab pożittiv għall-COVID-19.

Ħamrun qalu fil-paġna uffiċjali tagħhom fuq Facebook li s-sessjonijiet kollha ta’ taħriġ twaqqfu sa nhar l-Erbbħa u d-dressing rooms fl-Istadium Victor Tedesco ġew iffumigati bħala miżura ta’ prekawzjoni. Qalu wkoll li l-players u staff tekniku qed jiġu sottomessi għal testijiet għall-virus. Il-club irrimarka b’danakollu li kważi 72 siegħa wara l-logħba, ħadd mill-players jew l-istaff ma rrapporta ebda sintomi.

Ikkuntattjat minn TVMsport, il-president ta’ Żejtun Joe Gauci ukoll ikkonferma li ta struzzjonijiet biex il-players ma jirrappurtawx għat-taħriġ għall-inqas sakemm isirulhom it-testijiet għall-coronvirus. Barra minn hekk Żejtun irtiraw mit-Tourament tal-Mosta li kellu jibda llum sakemm jinħareġ avviż ieħor

Fil-partita ta’ ħbiberija tal-Ġimgħa li għadda fl-Istadium Victor Tedesco, il-Corinthians għelbu lil Ħamrun 2-0.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.