Futbol lokali
Ħamrun Spartans viċin li jiffirmaw lil Luke Gambin li ma kellux il-kuntratt imġedded ma’ Colchester Utd FC

TVM Sport jinsab infurmat li fil-jiem li għaddew Ħamrun Spartans bdew jinnegozjaw mal-player internazzjonali Malti Luke Gambin sabiex dan jingħaqad magħhom għall-istaġun 2021/22.

Jekk it-tranmsfer isisr dan ikun it-tieni akkwist maġġuri għaċ-champions lokali wara l-akkwist tal-goalkeeper internazzjonali Malti Henry Bonello.

Gambin ma’ kellux il-kuntratt ma’ Colchester United FC imġedded u allura beda jevalwa xi offerti inkluż f’Malta.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.