Handball
Handball: Kollox lest għall-partiti ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2022 f’pajjiżna

Kollox jinsab lest biex pajjiżna jospita l-partiti ta’ kwalifikazzjoni tal-European Handball Federation (EHF) għall-Kampjonati Ewropej tal-2022.

Dawn il-logħbiet huma skedati għal bejn il-11 u t-13 ta’ Jannar fil-Cottonera Sports Complex, fil-Birgu.

It-timijiet parteċipanti se jkunu Malta, il-Ġorġja, l-Ażerbajġan u Ċipru.

Dan se jkun l-aktar tournament tal-handball prestiġjuż li qatt ġie organizzat f’Malta, bil-partiti kollha li se jkunu qed jintlagħbu fuq art ġdida li eventwalment, kif jintemmu dawn il-partiti, se tkun qed tiġi installata fuq court ġdid fl-iskola tas-Samra, fil-Ħamrun.

Id-dħul tal-ispettaturi għal dawn il-partiti se jkun mingħajr ħlas.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Handball

Il-Malta Handball Association niżżlet is-siparju fuq l-istaġun 2019/20 billi ħadet id-deċizjoni li tissospendi il-logħob kollu li kien fadal għal dan l-istagun. Din id-decizjoni ittieħdet wara konsultazzjoni wiesa’ ma diversi entitajiet…

Handball

Handball: Riżultati ta’ tmiem il-ġimgħa mill-VIDEOSLOTS MHA Cup tal-Irġiel. Is-Sibt Luxol Orthopeadic Centre 29 – 20 ETE Valletta HMS 26 – 31 Hamrun Gasan Mamo Il-Ħadd Kavallieri RS2 22 –…

Handball

Riżultati mill-Kampjonat Videoslots MHA Cup Men: Swieqi Yobetit Pheonix 38 – 24 La Salle Ħamrun Gasan Mamo HC 26 – 34 Kavallieri RS2 Riżultati mill-Kampjonat Time To Eat Girls U/17 League: La…

Aktar