Handball
Handball: Swieqi Phoenix Yobetit se jieħdu sehem fit-Tazza EHF

Iċ-ċampjins lokali tal-handball Swieqi Yobetit Phoenix se jipparteċipaw fit-Tazza EHF f’Settembru. It-Tazza EHF hija t-tieni l-iktar kompetizzjoni importanti tal-handball fl-Ewropa, ekwivalenti għall-Europa League tal-futbol. Din hija l-ewwel darba li tim Malti se jipparteċipa f’din il-kompetizzjoni tal-handball prestiġjuża.

Il-poloz poġġew lil Swieqi Yobetit Phoenix flimkien mat-tim Kroat RK Dubrava minn Żagreb fl-ewwel rawnd tal-kompetizzjoni. Il-President ta’ Phoenix Sports Club, Orlando Bonnici, spjega li l-Kroazja “għandha pedigree impressjonanti fil-handball, peress li kienet ċampjin tad-dinja, tal-Ewropa, kif ukoll Olimpika matul l-aħħar ħmistax-il sena.” Il-logħbiet tal-ewwel rawnd se jsiru f’ Żagreb fis-7 u t-8 ta’ Settembru. Ir-rebbieħ imbagħad jiltaqa’ma’ Benfica tal-Portugall, li diġà ġie ‘seeded’ biex jieħu sehem fir-rawnd li jmiss tal-kompetizzjoni.

Fir-rigward tal-preparazzjoni taċ-ċampjins lokali għal din l-isfida, Bonnici qal li dawn diġà qegħdin għaddejjin. Sadanittant, Swieqi Yobetit Phoenix komplew isaħħu t-tim tagħhom bi plejers ġodda, kemm lokali kif ukoll barranin. “Dan huwa pass importanti għall-handball Malti, u l-intenzjoni tagħna hi li nagħtu prestazzjoni tajba fiż-zewġ logħbiet li għandna kontra dan it-tim qawwi mill-Kroazja”, qal il-president tal-klabb.

Bonnici rringrazzja lil dawk kollha li qed jappoġġjaw din l-isfida li għandhom quddiemhom Swieqi Yobetit fit-Tazza EHF, inkluż SportMalta, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Handball, kif ukoll id-diversi sponsers “li għenu biex din il-ħolma ssir realtà.”

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Handball

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Handball mistennija jkollha President ġdid hekk kif Louis Borg mhux se jibqa’ fil-kariga wara servizz li ta lil din l-Assoċjazzjoni għall-aħħar 25 sena. Borg kien fundatur tal-Malta Handball…

Handball

L-Assocazzjoni Maltija tal-Handball organizzat celebrazzjoni tal-għeluq tal-istagun 2019/20 kif ukoll il-25 sena anniversarju mit-twaqqif tal-istess Assocazzjoni. Is-serata gewwa il-kumpless sportiv tal-Universita’ bdiet b’introduzzjoni mill-vici-president tal-assocazzjoni Dr Andrew Decelis li rrikonoxxa…

Handball

Il-Malta Handball Association niżżlet is-siparju fuq l-istaġun 2019/20 billi ħadet id-deċizjoni li tissospendi il-logħob kollu li kien fadal għal dan l-istagun. Din id-decizjoni ittieħdet wara konsultazzjoni wiesa’ ma diversi entitajiet…

Handball

Handball: Riżultati ta’ tmiem il-ġimgħa mill-VIDEOSLOTS MHA Cup tal-Irġiel. Is-Sibt Luxol Orthopeadic Centre 29 – 20 ETE Valletta HMS 26 – 31 Hamrun Gasan Mamo Il-Ħadd Kavallieri RS2 22 –…

Aktar