Handball
Handball: Swieqi Yobetit Phoenix fl-ewwel post

Fil-Kampjonat tal-Irġiel Videoslots.com l-Ewwel Diviżjoni, Swieqi Yobetit Phoenix jinsabu fl-ewwel post u kemm huma kif ukoll Luxol Club Class għadhom mhux megħluba. Dawn iż-żewġ timijet se jkunu qed jiltaqgħu kontra xulxin f’logħba tant mistennija fil-15 ta’ Diċembru.

Il-kampjonat tal-irġiel se jtemm l-ewwel rawnd lejn l-aħħar ta’ Dicembru fejn imbagħd ikun hemm championship pool bl-ewwel sitt timijiet ikklassifikati u Second Division pool bl-aħħar tliet timijiet ikklassifikati u tim ieħor li se jidħol f’dan il-kampjonat f’Jannar li ġej.

Ta’ nota huwa l-fatt li se jkun qed jiġi organizzat tournamet internazzjonali kbir bejn il-11 u t-13 ta’ Jannar bejn Malta, Georgia, Ċipru u l-Azerbaijan.

Intant, mill-kamp femminili, bħalissa għaddejja l-MHA Videoslots.com Cup, fejn il-finali se tkun ikkontestata bejn ir-rivali eterni La Salle u Aloysians HC. 

Kavallieri HC għelbu lil Swieqi Yobetit Phoenix fil-partita biex jiġu determinati it-tielet u r-raba’ post.

Il-kampjonat tan-nisa se jibda f’Jannar.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Handball

Handball: Riżultati ta’ tmiem il-ġimgħa mill-VIDEOSLOTS MHA Cup tal-Irġiel. Is-Sibt Luxol Orthopeadic Centre 29 – 20 ETE Valletta HMS 26 – 31 Hamrun Gasan Mamo Il-Ħadd Kavallieri RS2 22 –…

Handball

Riżultati mill-Kampjonat Videoslots MHA Cup Men: Swieqi Yobetit Pheonix 38 – 24 La Salle Ħamrun Gasan Mamo HC 26 – 34 Kavallieri RS2 Riżultati mill-Kampjonat Time To Eat Girls U/17 League: La…

Handball

Iċ-ċampjins lokali tal-handball Swieqi Yobetit Phoenix se jipparteċipaw fit-Tazza EHF f’Settembru. It-Tazza EHF hija t-tieni l-iktar kompetizzjoni importanti tal-handball fl-Ewropa, ekwivalenti għall-Europa League tal-futbol. Din hija l-ewwel darba li tim…

Aktar