Futbol internazzjonali
Harry Kane għandu barra s’April minħabba li weġġa’ l-hamstring

L-attakkant ta’ Tottenham Hotspur Harry Kane għandu madwar tliet xhur barra mil-logħob wara li ser issirlu operazzjoni fil-hamstring. Skont il-manager Jose Mourinho, Kane huwa mistenni jdum barra s’April. L-attakkant li matul dan l-istaġun skorja 27 gowl għall-Ispurs u għall-Ingilterra weġġa’ fil-logħba kontra Southampton fl-ewwel jum tas-sena, u issa ser jitlef il-logħbiet tar-Round tas-16 tal-UEFA Champions League kif ukoll il-logħob ta’ ħbiberija li l-Ingilterra ser tilgħab kontra l-Italja u d-Danimarka.

L-attakkant ta’ 26 sena reġa’ weġġa’ wara li matul l-istaġun li għadda kien weġġa’ l-ligaments tal-għaksa u wara li f’dan l-istaġun deher li ser iżomm ‘il bogħod mill-kamra tal-operazzjonijiet, spiċċa weġġa’ fl-ewwel jum tal-2020. Kane skorja b’kollox 11-il gowl fil-kampjonat dan l-istaġun u bħalissa l-Ispurs jinsabu fis-sitt post tal-klassifika.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Atalanta – PSG Fl-ewwel kwartifinali tal-UEFA Champions League, Atalanta ser jilagħbu kontra PSG f’eliminazzjoni diretta. Il-logħba ser tintlagħab fl-Estadio da Luz, f’Lisbona, il-Portugall. Atalanta deħlin għal dan il-konfront wara erba’…

Futbol internazzjonali

Shakhtar Donetsk tal-Ukrajna u Sevilla ta’ Spanja għamluha għas-semifinali tal-UEFA Europa League ta’ dan l-istaġun meta fil-kwarti tal-finali għelbu lil Basel tal-Iżvizzera u lil Wolves tal-Ingilterra, rispettivament. Shakhtar Donetsk rebħu…

Futbol internazzjonali

Villarreal iffirmaw lill-plejer Ġappuniż Takefusa Kubo b’self mingħand Real Madrid għall-istaġun li ġej. L-aħbar ikkonfermaha l-klabb stess. Kubo, ta’ 19-il sena, kellu wirjiet impressjonanti fil-bidu tal-istaġun li għadda ma’ Real…

Futbol internazzjonali

Il-winger ta’ Borussia Dortmund Jadon Sancho jinsab mal-iskwadra li marret fl-Iżvizzera għal training camp ta’ qabel ma jibda l-istaġun, bil-klabb li qal li l-plejer se jkun qed jibqa’ magħhom għax…

Aktar