Futbol internazzjonali
Harry Kane jikser is-silenzju u jgħid li qatt ma rrifjuta li jibda l-pre-season ma’ Tottenham

Harry Kane qal li hu qatt ma rrifjuta li jitħarreġ ma Tottenham kif ġie rrapurta f’diversi sezzjonijiet tal-media fl-aħħar jiem.

Kane ma tfaċċax għat-taħriġ tal-pre season it-Tnejn li għadda ma Tottenham u minflok baqa’ l-Bahamas għall-vaganzi tas-sajf.

Kane kien qed jiġi kritikat għal din l-azzjoni iżda tard ilbieraħ kiser is-silenzju tiegħu għall-ewwel darba.

Kane qal li l-ftehim tiegħu ma’ Tottenham huwa dak li jibda bit-taħriġ mill-ġimgħa d-dieħla.

Il-captain tal-Ingilterra qed jissemma li jista’ jkun il-kolp li jmiss ta’ Manchester City wara Jack Grealish.

 

Miktub minn...
TVM Sport