Futbol internazzjonali
Hasenhuttl iġedded il-kuntratt ma’ Southampton b’erba’ snin oħra

Ralph Hasenhuttl, il-Manager ta’ Southampton, ġedded il-kuntratt ma’ Southampton b’erba’ snin oħra sal-2024.

Il-Manager ta’ 52 sena ilu fil-kariga għal 16-il xahar wara li kien bidel lil Mark Hughes f’Diċembru 2018.

Hasnhuttl hu fost l-aktar personaġġi popolari f’St Mary’s.

Taħt il-gwida tiegħu, it-tim kien reġa’ beda jirkupra l-aktar wara t-telfa ta’ 9-0 f’darhom kontra Leicester f’Ottubru li għadda.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Inter 6   Brescia 0 Tliet gowls f’kull taqsima taw rebħa kbira ta’ 6-0 lil Inter fuq Brescia. Young poġġa lin-neroazzuri minn fuq wara 5 minuti, u Sanchez minn penalty għamilhom…

Futbol internazzjonali

West Ham 3   Chelsea 2 Rebħa li tista’ tiswa ħafna lil West Ham meta f’darhom għelbu lil Chelsea bl-iskor ta’ 3-2. Dan kien skoss qawwi għal Chelsea fil-ġlieda tagħhom għal…

Futbol internazzjonali

Clemens Toennies, chairman ta’ Schalke 04, irriżenja wara 19-il sena fil-kariga. Toennies qal li rriżinja minħabba l-infezzjoni tal-coronavirus li laqtet waħda mill-fabbriki tiegħu tal-laħam u minħabba l-istaġun ħażin ta’ Schalke…

Futbol internazzjonali

Il-FIFA ssospendiet lil ex uffiċjal tagħha Markus Kattner għal 10 snin u mmultatu miljun frank żvizzeru wara li rriżulta li ħa pagamenti personali f’bonuses mingħand individwi. Fi stqarrija, il-FIFA qalet…

Aktar