Futbol lokali
Hemm players li lagħbu 60 logħba man-Nazzjonal u qatt ma rebħu logħba waħda – Ray Farrugia

L-ewwel sessjoni taż-Żażu saret iktar kmieni llum hekk kif fl-4.30pm 23 player niżlu għall-ewwel sessjoni ta’ taħriġ taħt coaching staff iffurmat minn żewġ assistenti ġodda Branco Nisevic u Ronald Vella.

Fost il-players preżenti għal din l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ kien hemm il-player ta’ Gżira United Andrew Cohen frisk mill-unur tal-MFA Player of the Year li qed jagħmel ir-ritorn man-nazzjonal wara nuqqas ta’ sentejn u nofs.

Żewġ players mill-iskwadra ta’ taħt il-21 sena promossi mal-kbar għal darb’oħra Myles Beerman u Joseph Mbong, Jake Grech u Kieran Nwoko. Ma’ dawn isejjħu wkoll għall-ewwel sessjoni tal-kowċ Ray Farrugia ż-żewġ difensuri Daniel Zerafa u Ferdinando Apap.

Neqsin mill-iskwadra din il-ġimgħa se jkunu Andre’ Schembri, Jean Paul Farrugia u Luke Gambin li jaslu Malta nhar it-Tnejn.

L-Iskwadra Maltija qed titħarreġ f’dawn il-jiem qabel żewġ partiti internazzjonali ta’ ħbiberija li se jintlagħbu fl-Awstrija kontra l-Armenja u l-Ġorġja nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Mejju u nhar il-Ħadd l-1 ta’ Ġunju rispettivament.

Dawn il-logħbiet qed isiru bħala preparazzjoni għall-impenji kompetittivi tat-team Nazzjonali fil-UEFA Nations League li se jintlagħbu bejn Settembru u Novembru ta’ din is-sena.

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama. President Għaqda Ġurnalisti Sports Malta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Dalgħodu saret il-laqgħa ġenerali annwali tal-Club ta’ Mosta FC fejn dawn ħabbru uffiċjalment quddiem il-membri tagħhom li l-kumitat laħaq ftehim mal-kowċ taljan Enrico Piccioni li se jkun qed jagħmel ir-ritorn…

Futbol internazzjonali, Futbol lokali

Fi sforz sabiex isaħħu l-iskwadra għall-staġun ieħor Ħamrun Spartans permezz tal-President tagħhom il-Naplitan Nunzio Antignani u l-Aġent Gaetano Giovanni Farruggio qed jesploraw il-possibilita’ li jiffirmaw ftehim ta’ kollaborazzjoni mal-klabb Spanjol…

Futbol lokali

L-Eks player internazzjonali taljan Cristian Zaccardo mhux se jibqa’ ma’ Ħamrun Spartans. Dan ħabbru l-istess player fuq il-mezzi soċjali iktar kmieni llum. Hu qal li l-avventura tiegħu f’Malta tintemm hawn…

Futbol lokali

  Gowl xi ftit fortunat ta’ Dimitri Boyadhziev kien biżżejjed sabiex Marsa St Michael jirbħu l-MAFA KO meta fil-finali għelbu lill-holders Senglea Gunners bl-iskor ta’ 1-0. Kienet partita ddominata mir-riħ…

Aktar