Futbol lokali
Hemm preċedent tal-istaġun 84/85 fejn fil-kampjonat kienet intlagħbet logħba inqas u xorta kien assenjat it-titlu – Dione Borg

Floriana FC  qed jippretendu li jekk ma’ jintemmx il-kampjonat BOV Premier ta’ dan l-istaġun huma xorta għandhom jkunu assenjati t-titlu ta’ Champions.

F’Intervista ma’ TVM Sport is-Segretarju Ġenerali ta’ Floriana FC Dione Borg tkellem dwar is-sitwazzjoni preżenti tal-futbol Malti fejn qal li l-poiżizzjoni tal-Club tiegħu bħal ħafna mill-Clubs tal-Premier hi li jixtiequ li l-kampjonat jista’ jkun finalizzat iżda ċ-ċirkostanzi tal-lum qed jagħmlu dan diffiċli.

Meta mistoqsi minn TVM Sport dwar x’hini l-pożizzjoni tal-Club dwar l-assenjazzjoni tal-Kampjonat hu qal li fil-passat fil-kampjonat Premier Malti kien hemm preċedent fejn f’kampjonat partikolari kienet intlgħbet logħba inqas u xorta ngħataw il-verdetti finali fejn xorta kien dikjarat Champion u anke kien relegat team.

Filfatt Borg għamel referenza għall-istaġun 1984/85 meta dakinhar kien hemm kwistjoni taħraq bejn il-Clubs u l-MFA fuq il-gate money fejn wasslet il-Clubs ma niżlux għal ġurnata partikoalri tal-logħob b’Rabat Ajax xorta ġew assenjati t-titlu u proprju Floriana kienu ġew relegati fi tmiem l-istaġun.

Ħdax il Club tal-Premier iktar kmienu din il-ġimgħa kitbu lill-MFA sabiex terġa’ tlaqqa’ l-Eżekuttiv b’urġenza u tittieħed deċiżjoni finali qabel l-10 ta’ Mejju jekk hux se jitkompla l-kampjonat jew le.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra

Illejla Floriana jilqgħu lill-Estonjani ta’ Flora Tallinn fl-Istadium Nazzjonali Ta’ Qali fit-3 Round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League. F’konferenza tal-aħbarijiet li saret ilbieraħ, il-kowċ ta’ Floriana Enzo Potenza għamilha ċara…

L-MFA se tipproponi lill-awtoritajiet tas-saħħa li l-partitarji jibdew jirritornaw fl-istadia tal-football minn Novembru. Wara laqgħa virtwali tal-Kunsill tal-MFA illum, il-President tal-Assoċjazzjoni Bjorn Vassallo spjega li l-ewwel pass fil-pjan huwa li…

Il-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA illum ħareġ is-sospensjonijiet wara l-ewwel logħbiet tal-Kampjonat BOV Premier 2020/21. Fost il-lista ta’ tliet plejers li ġew sospiżi hemm il-plejer ta’ Lija Athletic Carl Joseph Cassar li…

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

Aktar