Henderson jilgħab ma’ Liverpool …. ghadu jżomm ma’ Sunderland

L-istampa Ngliża ma jaħarbilha xejn!!

Dan huwa ritratt tal-plejer internazzjonali Ingliż Jordan Henderson li qed ikollu staġun mill-aqwa ma’ Liverpool, tant li bl-akbar probabbilita jkun fl-iskwadra tat-23 plejer msejħa mill-kowc nazzjonali Ngliż Roy Hogdson għat-Tazza tad-Dinja fil-Brażil.

Henderson, li beda l-karriera ma’ Sunderland, ikkonferma li minkejja li fil-preżent jilgħab futbol professjonali ma’ klabb ieħor, sal-lum ghadu partitarju tal-Black Cats.

Il-bieraħ il-midfielder ta’ Liverpool Jordan Henderson inqabad minn fotografu fl-istands ta’ Wembley Stadium f’nofs il-partitarji ta’ Sunderland, waqt il-finali tal-Capital One Cup li huma tilfu bl-iskor ta’ 3-1 kontra Manchester City.

Għalkemm il-plejers għandhom dritt imorru fejn iridu fil-ħin liberu tagħhom, dan ir-ritratt hawn fuq, żgur mhux se jinżel tajjeb mal-partitarji ta’ Liverpool.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra

Il-manager ta’ West Ham David Moyes flimkien mal-plejers Issa Diop u Josh Cullen irriżultaw pożittiv għat-test tal-Covid-19 li sarilhom ftit sigħat ilu. L-istaff mediku tal-klabb kien infurmat bir-riżultati ftit tas-sigħat…

Juventus iffirmaw lill-attakkant Spanjol Alvaro Morata b’self għal sena mingħand Atlético Madrid. Iċ-champions Taljani ħallsu €10 miljuni sabiex ħadu lil Morata għal sena, biċ-ċans li jixtruh permanenti meta jispiċċa t-terminu…

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

Il-partitarji ta’ Seville qed jiġu ttestjati kontra l-COVID-19 hekk kif jinsabu fi triqithom lejn l-Ungerija għall-finali tas-Super Cup tal-Ħamis li ġej kontra Bayern Munich. Il-partitarji se jitħallew jidħlu jsegwu l-finali…

Aktar