Futbol internazzjonali
Heung Min-Son iġedded il-kuntratt b’erba’ snin oħra ma’ Tottenham Hotspur

L-attakkant Korean ta’ Tottenham Hotspur, Heung Min-Son, illum ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Tottenham Hotspur b’erba’ snin oħra.

Dan ifisser li Min-Son se jkun qed jibqa’ mal-klabb ta’ Londra sal-2025.

Min-Son, ta’ 29 sena, skurja 107 gowls f’280 partita ma’ Tottenham.

Hu kien ingħaqad magħhom fl-2015 mingħand Bayer Leverkusen.

Miktub minn...
TVM Sport