Futbol lokali
Hibernians b’investiment fil-pitch tal-istadium f’Kordin

Hibernians ħabbru investiment fil-pitch tal-Hibernians Stadium, f’Kordin.

Minn dalgħodu, fil-Hibernians Stadium beda xogħol fuq il-pitch u t-training grounds li se jsiru tal-għamla Hybrid Natural Turf.

Dan il-proġett se jkun qed iħalli impatt ambjenatli aħjar, jgħolli l-intensità tal-logħba u jagħti aktar sigurtà lill-plejers.

Il-pitch kien iddawwar f’ħaxix naturali fl-1986 meta Hibernians kienu ngħataw dan l-istadium mill-Ministru tal-Isport ta’ dak iż-żmien, Lorry Sant.

Hibernians FC iddeskirvew dan l-istadium bħalha t-tieni dar tal-Pawlisti.

Miktub minn...
TVM Sport