Futbol lokali
Hibernians b’rebħa komda fuq Senglea

Hibernians jirritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Senglea Athletic 5-1.

Wara 6 minuti logħob kross ta Gorozia mil-lemin u daqqa ta’ ras ta’ Moreira għal Hibs tispiċċa ftit għoli. Minuta wara Senglea marru fil vantagg meta Augusto Caseras baqa’ javvanza fuq ix-xellug, antiċipa l-ħarġa ta’ Rudy Briffa u tefa’ l-ballun ġewwa.

Però fil 15-il minuta Hibs kisbu il-goal tad-draw, meta kross ta’ Joao Moriero deħer jaħbat ma’ jdejn Ian Azzopardi fil-kaxxa u mill-penalty Clayton Failla għeleb lil Matthew Farrugia.

Fl-24 minuta freekick ta’ Ivan Paz ġie salvat tajjeb minn Briffa. Fis-37 minuta, kross mix-xellug ta’ Josuel Spiteri u daqqa ta’ ras ċentrali ta’Augusto Caseras salvata minn Rudy Briffa. Biex erba’ minuti qabel spiccat l-ewwel taqsima Hibs marru fil-vantagg: minn korner ta’ Failla il-ballun ġie għand Joao Moriera li b’xutt mill-ewwel għeleb lil Farrugia. Minuta wara Senglea sfortunati meta xutt tajjeb ta’Terrence Vella ħabat mal-lasta u spiċċa barra.

Tieni taqsima: xutt ċentrali ta’ Braga Gregori salvat bla diffikultà minn Briffa: u kross insidjuż ta’ Ivan Paz taħt il-lasti ta’ Briffa ma sab lil ħadd minn sħabu biex jikkunkludi. Fit-62 minuta xutt mid-distanża tas-sostitut Jackson Lima għal Hibs ġie mblukkat f’korner, imma erba’ minuti wara l-Pawlisti skurjaw it-tielet goal meta Jurgen Degabriele ħa through-ball ta’ Bezzina u b’xutt fil baxx għeleb lil Matthew Farrugia.

Kwarta mit-tmiem Joao Moreira waħdu taħt il-lasti tal-Isla, ixxuttja barra. Fit 87 minuta xutt mill-viċin ta’ Braga Gregori ġie imblukkat tajjeb minn Briffa. Minuta wara Hibs skurjaw ir-raba’ goal tagħhom permezz ta’ Dunstan Vella, u finalment is-sostitut Arlindo Oliviera Neta għalaq il-partita b’xutt mill-viċin li reġa’ għeleb lil Farrugia.

BOV Player tal-partita: Johann Bezzinata’ Hibernians, referee Alan Mario Sant.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Tħejjija ntensiva anke għat-team nazzjonali ta’ taħt id-19-il sena li minn nhar l-Erbgħa li ġej huwa mpenjat f’tournament ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonat UEFA Euro Under 19 fi grupp li fih ukoll…

Futbol lokali

Wara l-għaxar ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier fi tmiem il-ġimgħa it-tim nazzjonali tal-futbol it-Tnejn filgħaxija kellu l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ għall-iskwadra msejħa mill-coach Ray Farrugia bi tħejjija għall-konfront doppju home ta’ Malta…

Futbol lokali

Massimiliano Allegri rebaħ l-unur tal-aqwa kowċ tal-istaġun li għadda, f’avveniment li sar dalgħodu. Il-kowċ ta’ Juventus ġab 17-il vot u kien segwit minn Maurizio Sarri, ex kowċ ta’ Napoli u…

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena jilgħab it-tournament ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropej fil-jiem li ġejjin fis-Centenary Stadium f’Ta’ Qali. Il-partiti jibdew l-Erbgħa u Malta tilgħab l-ewwel partita fil-11.00am kontra…

Aktar