Futbol lokali
Hibernians FC: Mansueto jirriżenja; Mario Muscat jieħu f’idejh it-taħriġ; Tedesco pole-position

Hibernians FC jinsabu mingħajr kowċ li jista’ jmexxi lill-iskwadra għall-partita li jmiss mill-Kampjonat BOV Premier kontra Valletta.

Dan għaliex Josef Mansueto, li kien l-assistent ta’ Mark Miller, l-ex kowċ, temm il-kuntratt tiegħu wkoll minn mal-klabb fis-sigħat li għaddew.

Hibernians neħħew lil Mark Miller minn kowċ tat-tim wara deċiżjoni tal-President Tony Bezzina u li sabet l-appoġġ tal-Kumitat kollu Pawlist.

Iffaċċjati minn din id-deċiżjoni, Hibernians kellhom iduru fuq l-ex gowlkiper tagħhom u tat-tim nazzjonali Malti Mario Muscat biex jieħu f’idejh it-taħriġ fil-jiem li ġejjin. Muscat jibqa’ ikona fil-klabb u f’Raħal Ġdid u għandu r-rispett ta’ kulħadd. Hu, bħal Mansueto, kien diġà fl-istaff tekniku ma’ Miller iżda b’differenza għal kumplament, Muscat hu meqjus bħala “tifel tal-klabb”, u persuna li l-familja Bezzina u l-Kumitat Pawlist jistgħu jserrħu rashom fuqu.

TVM Sport jinsab infurmat li Hibernians FC diġà għamlu kuntatt ma’ Giovanni Tedesco, ex-kowċ ta’ Floriana u Birkirkara. Tedesco, meqjus fost l-aqwa kowċis li ġew f’pajjiżna fl-aħħar snin, għandu l-esperjenza neċessarja biex jerġa’ jqajjem l-entużjażmu fit-tim u fil-partitarji Pawlisti. Tedesco kien beda l-istaġun ma’ Floriana iżda rriżenja mill-kariga f’Diċembru li għadda minħabba raġunijiet li s’issa ma jaf ħadd.

TVM Sport infurmat ukoll li Tedesco għandu diġà appoġġ b’saħħtu mingħand ħafna mill-plejers tat-tim li jqisuh persuna importanti ħafna, anki minħabba l-esperjenza li għandu ta’ futbol professjonali tas-snin meta kien plejer professjonali fis-Serie A ma’ Perugia u Palermo, l-istess tim Sqalli ta’ Zamparini li kien saħansitra kkowċja għal ftit xhur fl-istaġun li għadda qabel ma ġew relegati.

Għadu mhux magħruf jekk Tedesco hux se jibda immedjatament u jkun qed imexxi t-tim fi tmiem il-ġimgħa jew jekk hux se jibda minn staġun ieħor.

Li hu żgur hu li f’Raħal Ġdid, il-koppja ‘Tedesco-Muscat’, niżlet tajjeb ħafna u hi biss kwistjoni ‘ta’ meta’ u mhux ‘jekk hux huma’.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

L-ex-referee Jude Amin Utulu tkeċċa mill-Malta Football Association wara li kiser ir-regolamenti tal-istess assoċjazzjoni. Id-deċiżjoni kkomunikata llum inħarġet mis-sotto-bord dixxiplinarju tar-referees fi ħdan l-MFA, wara sensiela ta’ smiegħ dixxiplinarji. Id-deċiżjoni…

Futbol lokali

Debutt b’telfa ta’ 1-0 kontra Franza għat-team nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena fi Grupp 6 ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat UEFA Euro Under 19. Il-logħob kollu tal-grupp li fih ukoll il-Belġju…

Futbol lokali

Il-membri tal-kunsill tal-Malta Football Association ingħataw dettalji tar-rekwiżiti ġodda tal-UEFA għal-liċenzjar ta’ clubs għall-kompetizzjonijiet Ewropej. Fost l-emendi għar-regolamenti ssemma’ li l-clubs li japplikaw għall-kompetizzjonijiet tal-UEFA jridu jagħmlu testijiet mediċi lill-players…

Aktar