BOV Premier League 2021/22
Hibernians fl-ewwel post wara rebħa fuq Mosta

KAMPJONAT BOV PREMIER 2021/22

Hibernians …3

Mosta ………..2

Partita li laqqgħet flimkien it-tmijiet li jokkupaw iż-żewġ estremitajiet tal-klassifika tal-kampjonat BOV premier… intemmet b’rebħa għal Hibernians li issa… parzjalment waħedhom… qed jokkupaw l-ewwel post.

Fl-ewwel taqsima ż-żewġ timijiet ħarġu agressivi ferm… bir-ritmu tal-partita jkun wieħed mgħaġġel ħafna. Minkejja numru ta’ tentattivi kemm minn Mosta kif ukoll minn Hibernians… wara tmien minuti… kien il-plejer ta’ Mosta Ekani li ta’ x-xutt… bil-ballun jaħbat mal-minduda. Iżda Hibernians fetħu l-iskor għaxar minuti wara permezz ta’ Grech li ta’ ballun perfett lil Degabriele… u waħdu minn ġol-kaxxa… ma jfallix. Sitt minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima… Mosta kellhom okkażjoni tajba minn freekick fil-limiti tal-kaxxa l-kbira… wara azzjoni rregolari fil-konfront ta’ Ememe… iżda Failla tefa’ l-ballun dritt ġol-barriera. 

Erba’ minuti wara l-bidu tat-tieni taqsima… Hibernians skurjaw it-tieni gowl tagħhom permezz ta’ Dunstan Vella li minn taħt il-lasta ħasad lill-gowlkeeper Jovicic… u tefa’ l-ballun fix-xibka. Sitt minuti wara il-gowlkeeper ta’ Mosta Jovicic… wettaq azzjoni rregolari fuq Domoraud fil-kaxxa… u Jake Grech mill-ħdax il-metru… jagħmilhom tlieta. Fis-sitta u sittin minuta… gowl ta’ Domoraud għal Hibernians tħassar wara li l-assistent referee xejjer il-bandiera tal-offside. Tlett minuti wara Jovicic ċaħad okkażjoni oħra ta’ gowl għal Hibernians… billi xellef ix-xutt ta’ Degabriele…. bil-ballun jaqbeż bi ftit il-minduda. L-ewwel gowl għal Mosta wasal fis-sitta u tmenin minuta’ minn penalty mogħti minn Failla… wara azzjoni rregolari fil-kaxxa ta’ Hibernians… mid-difensur Almeida. Fit-tnejn u disgħin minuta.. Mosta naqqsu d-distakk b’gowl ta’ Donkin.

BOV Plejer tal-logħba: Jurgen Degabriele – Hibernians

Referee: Glenn Tonna

Formazzjonijiet:

Hibernians: Kone Ibrahim(GK), Apap Ferdinando, Almeida Leandro, Dos Anjos Raphael(76’ Attard Ayrton), Grech Jake(88’ Tabone Desira Timothy), Degabriele Jurgen(73’ Bjorn Kristensen), Vella Dunstan, Aldama Thaylor(81’ Zachary Grech), Agius Andrei(C), Artiles Gabriel, Domoraud Wilfried(88’ Francis Mensah)

Mosta: Jovicic Marko(GK), Briffa Roderick(78’ Agius Nathan), Ememe Christ, Failla Clayton, Nsumoh Johnson(78’ Vassallo Jake), Farrugia Tyron(C), Doric Ivan, Hetemaj Mehdi, Brincat Zachary(78’ Igbineweka Luiz), Akinbule Ayonfe Sunday, Ekani Jonas Rodriguez(57’ Donkin William)

Miktub minn...
TVM Sport
.