Futbol lokali
Hibernians iħabbru ftehim maċ-Ċentru ta’ Eċċellenza fl-Isport

Hibernians ħabbru ftehim maċ-Ċentru ta’ Eċċellenza fl-Isport.

L-għan ta’ dan il-ftehim se jkun biex jagħti riżultati ta’ aktar żvilupp fit-talent fl-isport fil-kwalitàtal-edukazzjoni u t-taħriġ.

Iċ-Ċetru ta’ Eċċellenza fl-isport ta’ Malta għandha sieħba magħha lil Kulleġġ ta’ Leeds United u l-Ahead in Sport u Hibernians se jkunu qed jappoġġjaw lil dawn billi joffru l-aċċess għall-faċilitajiet sportivi.

Il-fundatur taċ-Ċentru tal-Eċċellenza fl-isport f’Malta, huwa Martin Borg, ex plejer ta’ Hibernians ukoll.

Fi stqarrija, il-klabb ta’ Hibernians qal li kemm huma, kif ukoll iċ-Ċentru ta’ Eċċellenza fl-isport lokali se jkunu qed jibbenefikaw minn dan il-ftehim ta’ edukazzjoni u taħriġ u jinsabu determinati li jgħollu l-livell f’pajjiżna fl-isport.

Miktub minn...
TVM Sport