Futbol lokali
Hibernians ikomplu jissieltu għall-Kampjonat, issa kollox jiġi determinat fl-aħħar logħba

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19

Senglea ……..0

Hibernians….2

Din kienet logħba bejn żewġ timijiet li riedu r-rebħa għal objettivi differenti, Hibernians biex ikomplu jissieltu għall-Kampjonat filwaqt li Senglea kontra r-relegazzjoni.

Il-Pawlisti li kellhom lil Marcelo Dias sospiż daħlu għal din il-partita ġejjin minn telfa xejn mistennija kontra Qormi fl-aħħar dehra tagħhom. Mill-banda l-oħra Senglea kienu fuq erba’ riżultat pożittivi, rebħa fuq St. Andrew’s u draws kontra Tarxien Rainbows, Ħamrun Spartans u Sliema Wanderers.

Fl-ewwel rawnd Hibernians kienu għelbu lil Senglea bl-iskor ta’ 2-0.

L-ewwel azzjoni waslet minn Senglea hekk kif fl-14 il-minuta free kick angolat ta’ Venancio kien salvat minn Jovicic. Fl-24 minuta ċans tajjeb għal Hibernians meta fuq cross ta’ Jake Grech kien Marcolino li ndiriżża għal ġewwa b’Leighton Grech jikklerja minn fuq il-linja. Hibernians marru fil-vantaġġ man-nofs siegħa logħob meta kien Fonseca li qassam lejn Marcolino u dan b’xutt fil-baxx għar-rokna fetaħ l-iskor. Biex minuta minn tmiem l-ewwel taqsima Hibernians irduppjaw gowl ta’ Jake Grech fi tmiem azzjoni personali b’xutt għar-rokna tax-xibka.

Fil-61 minuta Senglea viċin li jnaqqsu d-distakk fejn minn corner ta’ Venancio kien El Sidqy li bir-ras ġiegħel lil Jovicic idawwar fuq il-lasta u f’corner. Kwarta mit-tmiem fuq cross ta’ Leighton Grech kien Marukawa li falla ċans tajjeb minn taħt il-lasta.

Riżultat finali  Senglea A. 0 Hibernians 2

Ikkontrolla din il-logħba r-referee  Malcolm Spiteri.

Il-player ta’  Hibernians Jake Grech ġie magħżul bħala l-BOV Player tal-Logħba.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Illum tkomplu u tlesta l-MFA Symposium li kien organizzat f’Dar il-Mediterran fil-Belt Valletta. Dan is-symposium wassal tagħrif ta’ opportunitajiet fid-dinja diġitali tal-lum. Is-Symposium fetaħ b’diskors tal-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo…

Futbol lokali

Darren Abdilla hu l-kowċ il-ġdid ta’ Valletta FC. Hu ffirma kuntratt li se jorbtu mal-klabb sal-istaġun 2021/2022. L-aħbar saret uffiċjali ilbieraħ filgħaxija. Abdilla kien strumentali biex Gżira United FC għamlu…

Futbol lokali

Bob Higgins, l-ex Youth Development Officer tal-Malta Football Association, instab ħati fuq 45 kap ta’ akkuża ta’ abbuż sesswali fuq 23 tifel. Higgins kien ingħata din il-kariga fl-MFA f’Lulju tal-1989…

Futbol lokali

Manuele Blasi, l-ex plejer tas-Serie u tat-tim nazzjonali Taljan, mil-lum sar il-kowċ ta’ Hamrun Spartans FC. Blasi se jkun qed jibdel lil Giovanni Tedesco li ħalla l-kariga tiegħu biex ingħaqad…

Aktar