Futbol lokali
FILMAT: Hibernians jirbħu fil-ħin addizzjonali b’goal ta’ Taylor Correa

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19

Hibernians……2

Pieta’ …………..1

Gowl fil-ħin miżjud mis-sostitut Nicolas Taylon Correa ta’ rebħa drammatika lil Hibernians li għelbu lil Pieta’ Hotspurs bl-iskor ta’ 2-1.

Minkejja t-telfa, Pieta’ jistgħu jħossuhom żvinturati li ma ħadu xejn minn din il-partita hekk kif taw daqs kemm qalgħu iktar u iktar meta għamlu kważi nofs siegħa bi plejer anqas.

Hibernians kellhom bidu mill-aqwa f’din il-partita tant li fetħu l-iskor wara seba’ minuti  logħob meta l-akkwist il-ġdid Fonseca għadda tajjeb lejn Jurgen Degabriele illi b’xutt mal-ewwel għar-rokna ta’ fuq tax-xibka għamilhom 1-0.

Erba’ minuti wara reġgħu  kienu l-Pawlisti li ttantaw xortihom meta kross ta’ Marcelo Dias kien destinat għan-nofs iżda l-gowlkiper Nicky Vella laqa’ ferm tajjeb.

Fl-14-il minuta reġa kien Fonseca li pprova b’xutt li Vella laqa’ iżda ma żammx bil-ballun jaħbat ma’ Jurgen Degabriele u jispiċċa barra.

Fil-41 minuta, Pieta’ resqu lejn il-lasti avversarji meta Jan Busuttil avvanza tajjeb, daħal fil-kaxxa u hekk kif kien ser jixxuttja, ħareġ il-gowlkiper Andrew Hogg sabiex għalaqlu t-triq.

Fit-43 minuta Johann Bezzina għal Hibs ra l-frikik verament sabiħ tiegħu jaħbat mal-mimduda.

Bl-ewwel taqsima tagħlaq b’Hibernians 1-0 minn fuq.

Fit-tieni taqsima Pieta’ irnexxielhom iġibu l-iskor indaqs proprju fl-54 minuta meta wara kross ta’ Gabriel Mensah, kien Andrew Hogg li ppanċja bil-ballun iżda jaħbat mad-difensur Andrei Agius sabiex wettaq awtogowl żvinturat.

Madankollu l-Hotspurs spiċċaw b’raġel anqas meta tkeċċa Jalo Ishaya Irimiya wara żewġ karti sofor.

Fit-73 minuta, Pieta’ resqu viċin meta wara kross ta’ Mensah, kien Paul Chimezie li bir-ras xeħet kemm kemm għoli mil-lasti Pawlisti.

Biex kif għedna, Hibernians skorjaw il-gowl tar-rebħa fit-92 minuta meta xutt b’saħħtu mill-kaxxa ta’ Nicolas Taylon Correa ħabat mal-mimduda u niżel b’saħħa wara l-linja fatali sabiex ta tliet punti drammatiċi lit-tim tiegħu.

Riżultat finali: Hibernians 2 Pieta’ 1. 

BOV Plejer tal-Logħba kien Jurgen Degabriele ta’ Hibs.

Referi kien Etienne Mangion.

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Il-klabb tal-Kampjonat BOV Premier Senglea Athletic ħabbar li żewġ plejers mill-Arġentina li kienu diġà mal-klabb is-sena l-oħra repgħu ngħaqdu mal-klabb mill-Kottonera. Iż-żewġ plejers huma Matias Garcia u Augusto Casetes.

Futbol lokali

Hibernians għelbu lil Birkirkara fil-finali tas-Super Cup li ntlagħbet ilbieraħ filgħaxija fis-Centenary Stadium bi skor ta’ 3-0. Dan kien l-ewwel unur għal Hibernians wara nuqqas ta’ żewġ staġuni u r-rebħ…

Futbol lokali

Michele Paolucci ta’ Tarxien rebaħ l-ewwel unur tal-istaġun 2018/19 tal-Pejer tax-Xahar ta’ Awwissu. Wara li ngħaqad mar-Rainbows minn ma’ Floriana matul is-suq tat-trasferimenti tas-sajf, il-plejer Taljan ta’ 32 sena li…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Sliema…..0 Gżira……..2 Gżira kisbu t-tieni rebħa fil-kampjonat meta ma sabux xi diffikultajiet partikolari sabiex jegħlbu lill-ġirien Sliema bl-iskor ta’ 2-0. Għal Sliema din kienet l-ewwel telfa…

Aktar