
KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21
Hibernians…..2
Balzan………….1
Hibernians kisbu rebħa drammatika ta’ 2-1 kontra Balzan sabiex baqgħu jsegwu lit-timijiet tan-naħa ta’ fuq fil-klassifika
Fit-12-il minuta, Hibernians ittantaw xortihom għall-ewwel darba meta xutt ta’ Jurgen Degabriele għadda kemm kemm għoli.
Man-nofs siegħa logħob, Shola Shodiya Haruna ixxuttja tajjeb bil-ballun jispiċċa barra.
Fil-50 minuta xutt ta’ Gabriel Artiles għadda ftit barra għal Hibernians.
Hibernians ipprotestaw għal penalty fis-57 minuta meta d-difensur Balzani Augustine Loof waqqa’ lil Jake Grech fil-kaxxa iżda r-referi ħalla l-logħob għaddej.
Il-Pawlisti kisbu dak li kien ilhom jaħdmu għalih proprju fil-71 minuta meta kien hemm kross ta’ Artiles, id-difiża ta’ Balzan naqset li tikklerja u daħal tajjeb Dunstan Vella li xeħet wara Vranes.
Fl-74 minuta frikik tajjeb ta’ Andrei Agius jiġi miżmum mill-mimduda.
Fit-83 minuta, xutt ta’ Jurgen Degabriele għadda kemm kemm għoli.
Fid-90 minuta, Balzan kisbu l-gowl tad-dro kontra x-xejra tal-logħba meta kellna korner ta’ Steve Pisani u daqqa ta’ ras ta’ Steve Bezzina bil-ballun jispiċċa fir-rokna tax-xibka.
Iżda minkejja kollox, kienu Hibernians li kisbu l-gowl tar-rebħa drammatika fit-93 minuta meta wara azzjoni ta’ korner, kien hemm taħwida fil-kaxxa u approfitta Ayrton Attard li xeħet il-ballun fix-xibka.
Diżappunt għal Balzan li tilfu din il-logħba b’dan il-mod. Huma ilhom disa’ logħbiet ma jirbħu. Min-naħa ta’ Hibernians, huma baqgħu jżommu l-pass mat-timijeit ta’ quddiem.
Referi: Stefan Pace
BOV Plejer tal-Logħba kien Jurgen Degabriele ta’ Hibernians.
Riżultat Finali: Hibernians 2 Balzan 1