Futbol lokali
Hibernians jirbħu l-kawża kontra Jurgen Borg, iżda l-kumpens jitnaqqas għal €4,000

Il-Bord tal-Appelli tal-Malta Football Association, ilbieraħ filgħaxija ħareġ bid-deċiżjoni finali dwar il-każ tal-gowlkiper Jurgen Borg li kien telaq lil Hibernians biex ingħaqad ma’ Gżira United meta kien għadu taħt kuntratt.

Fl-ewwel deċiżjoni, li ħarġet f’Marzu 2019, il-Complaints Board tal-MFA kien iddikjara li l-plejer irid iħallas l-ammont ta’ €17,500 lill-klabb ta’ Raħal Ġdid iżda fid-deċiżjoni finali tal-bieraħ, minkejja li Hibernians baqgħu jingħataw raġun li l-plejer ma mexiex kif suppost, il-flus f’kumpens lejhom tnaqqas għal €4,000.

B’hekk Hibernians se jkunu tħallsu kumpens totali tal-plejer ta’ €13,000.

€9,000 minnhom kienu diġà tħallsu tal-parametri tal-plejer.

Il-każ imur lura għall-istaġun 2017/18 meta Borg ried imur b’self ma’ Gżira United u Hibernians talbu lill-plejer biex jestendi b’sena, qabel ma jitħalla jmur.

Il-plejer kien irrifjuta li jiffirma sena oħra kuntratt.

L-MFPA kienu nfurmaw lil Hibernians li kienu lesti jitħallsu s-somma ta’ €25,000 bħala kumpens iżda l-klabb kien irrifjuta din l-offerta u talab €10,000 aktar.

Il-plejer kien appella mid-deċiżjoni ta’ €17,500 kumpens u fid-deċiżjoni tal-bieraħ, dan l-ammont naqas għal €4,000.

Fl-istqarrija tagħha l-MFPA, laqgħet id-deċiżjoni u esprimiet is-sodisfazzjoni tagħha.

Skont l-MFPA, din hi deċiżjoni storika li se titniżżel fl-Istorja tal-futbol lokali.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Valletta kontra Birkirkara hija l-iktar logħba attraenti tal-ewwel ġurnata tal-kampjonat BOV Premier tal-istaġun 2020/21 li se jibda fil-11 ta’ Settembru. Fl-ewwel ġurnata ċ-Champions renjanti Floriana jaffrontaw lil Gżira United. Dan…

Futbol lokali

Il-plejer internazzjonali Malti Joseph Mbong, ftit tal-minuti ilu sar plejer ta’ Hamrun Spartans. Jidher li bejn Hibernians u Hamrun Spartans intlaħaq ftehim dwar iċ-ċifra tat-trasferiment proprju fl-10.15 am meta kien…

Aktar