Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Hibernians miżmuma minn Sliema

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19

Hibernians……..2

Sliema……………2

Hibernians naqsu milli jirbħu għat-tieni logħba konsekuttiva meta setgħu jiġu biss dro ta’ 2-2 kontra Sliema.

Mal-ewwel okkażjoni tal-partita, li ħabtet fil-21 minuta, Sliema marru fil-vantaġġ. Kien Ryan Fenech illi kkrossja tajjeb lejn Ignacio Varela illi b’xutt bid-dawra ferm sabiħ poġġa lill-Wanderers fil-vantaġġ.

Reazzjoni immedjata ta’ Hibernians żewġ minuti wara minn frikik ta’ Sahanek li sab lil Andrei Agius li bir-ras tefa’ barra.

Sliema rduppjaw l-iskor fit-42 minuta meta wara azzjoni ta’ korner, kien Younes Marzouk li bi kross-shot mill-isbaħ indirizza xutt lejn il-lasta b’ballun imdawwar li bl-għajnuna tar-riħ spiċċa fix-xibka.

Minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima, xutt minn barra l-kaxxa ta’ Ryan Fenech sab lil Marko Jovicic attent.

Bl-ewwel taqsima tagħlaq bi Sliema 2-0 minn fuq.

Għaddew biss żewġ minuti mill-bidu tat-tieni taqsima u Hibs heddew il-lasti avversarji meta wara kross ta’ Dias kien Mbong li ra lil Timothy Aquilina jsalva tajjeb.

Dan kien il-preludju tal-gowl Pawlist li wasal fit-52 minuta meta kien Joseph Mbong illi b’xutt tajjeb din il-darba rnexxielu jegħleb lil Aquilina.

Hibernians żiedu fil-kunfidenza tagħhom u rnexxielhom iġibu l-iskor indaqs meta fis-67 minuta ngħataw penalty. Kien Jake Grech illi avvanza, daħal fil-kaxxa iżda ġie mwaqqa’ mill-gowlkiper Timothy Aquilina. Inkariga ruħu mix-xutt mill-11-il metru l-istess Jake Grech li tefa’ l-ballun naħa u lill-gowlkiper naħa oħra sabiex għamel l-iskor 2-2.

Il-Pawlisti komplew jagħfsu u minnufih laqtu l-lasta fit-80 minuta b’xutt tajjeb ta’ Tiago Fonseca.

Fis-86 minuta, Hibernians spiċċaw jilagħbu b’10 min-nies meta tkeċċa Nemanja Radojevic wara somma ta’ karti sofor.

Riżultat finali: Hibernians 2 Sliiema 2

BOV Plejer tal-Logħba kien Ryan Fenech ta’ Sliema.

Referi kien Fyodor Zammit

Miktub minn...
Chris Cassar
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

GFA Gozo Football League l-Ewwel Diviżjoni 2018/19 Fl-erbgħa logħbiet mis-sittax-il ġurnata tal-kampjonat it-timijiet ta’ quddiem Victoria Hotpurs u Nadur Youngsters kisbu rebħiet bi skor kbir filwaqt li bir-riżultati tal-logħbiet l-oħra,…

Futbol lokali

Victoria Hotspurs żammew is-sitt punti vantaġġ fuq l-eqreb avversarji fil-quċċata tal-BOV Gozo Football League l-1 Diviżjoni b’rebħa kbira ta’ 8-0 fuq it-team tal-qiegħ Munxar Falcons. Għall-Hotspurs erba’ goals minn Elton…

Aktar