Futbol internazzjonali
Ħmistax -il partitarju ta’ Genoa akkużati b’intimidazzjoni, theddid u vjolenza

Ħmistax -il partitarju tat-team ta’ Genoa li kollha jiffurmaw parti minn gruppi tal-Ultras se jkunu akkużati u se jitressqu l-Qorti talli fl-aħħar snin kienu jintimidaw u jheddu lill-ufiċjali tal-Club fosthom lill-eks coach Gasperini u anke lill-President attwali Enrico Preziosi.

Skond l-aġenzija ANSA fost dawn akkużati hemm Massimo Leopizzi, li jmexxi il-grupp La Brigata Speloncia li fil-passat kien investigat fuq koruzzjoni u li kien involut fil-famuża protesta fil-Marassi lura fis-sena 2012 meta twaqqfet il-logħba Genoa – Siena u l-players ta’ Genoa kienu ordnati jinżgħu l-flokk.

L-ANSA tirraporta kif dawn l-Ultras kienu kaġun ta’ inkwiet premeditat u ġlied ma’ partitarji tat-teams opposti barra l-istadium u anke fil-Marassi u kienu jikkontrollaw b’mod abbużiv lil min jieħu d-deċiżjonijiet fil-Club. Il-Kummissjoni Anti-Mafia skopriet li fost dawn l-Ultras kien hemm żewġ persuni li kellhom żewġ kumpajiji privati li joffru s-servizz ta’ stewards fi Stadio Comunale Luigi Ferraris magħruf bħala Marassi u allura s-sitwazzjoni kkomplikat ruħha fl-aħħar snin.

Miktub minn...
TVM Sport
.