Hockey
Hockey: Il-Ħadd jibda t-tielet rawnd u mistennija logħba missielta bejn Sliema Hs u Qormi Daikin

Il-Ħadd jiftaħ it-tielet u l-aħħar round tal-kampjonat bil-logħba Rabat kontra White Hart fid-9:00am waqt li fl-11.00am hemm il-logħba ferm mistennija bejna Qormi Daikin u Sliema Hs. Logħba, li għalkemm mhux kompletament deċiżiva, tista’ tagħti indikazzjoni ċara fejn se jmur il-kampjonat din is-sena.

Wara r-rebħa tagħhom ta’ nofs il-gimgħa kontra l-White Hart (5-0), il-Ħadd, Qormi Daikin għamlu rebħa oħra ta’ 4-1. Kienu ir-Rabtin li marru fil-vantaġġ grazzi għal gowl minn Kevin Micallef iżda Steve Tanti malajr ġab id-draw għall-Qriema biex minn hemm Qormi żiedu tliet ġowls oħra permess ta’ Zak De Giovanni, Keith Calleja u Luke Bajada.

Il-Ħadd Floriana Young Stars irritornaw għar-rebħ wara li f’nofs il-gimgħa kienu tilfu 4-1 mas-Sliema Hs. Żewg gowls ta’David Evans, ieħor ta’Jamie Mifsud u Mark Camilleri tagħtom rebħa ta’ 4-1 fuq White Hart. Għal dawn tal-aħħar skurja Karl Tua.

Il-Ħadd ġie fit-tmiemu it-tieni round tal-Kampjonat Nazzjonal tal-Hockey biex il-klassifika taqra hekk:

  PLD WON DRW LST FAV AGA DIFF PTS
Qormi 8 6 2 0 37 10 27 14
Sliema Hs. 8 5 2 1 25 6 19 12
Floriana YS 8 4 2 2 20 12 8 10
Rabat 8 2 0 6 7 24 -17 4
White Hart 8 0 0 7 1 38 -37 0

 

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Hockey

Fl-ewwel ġurnata tal-Euro Hockey Tournament li qiegħed jintlagħab f’pajjiżna, it-timijiet Maltin ta’ Qormi Daikin u Floriana Young Stars iltaqgħu kontra xulxin bil-Qriema jirbħu bl-iskor ta’ 2-0. Din il-logħba kienet minn…

Hockey

Għada tiftaħ uffiċjalment l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-EuroHockey Club Challenge IV li se tkun qed issir f’Malta. Iż-żewġ teams Maltin li se jieħdu sehem f’dan il-kampjonat se jkunu Qormi Hockey…

Aktar