Sport Lokali
Hockey: It-tim nazzjonali jasal il-Portugall għal Euro Hockey Championship III

Jinsabu fl-aqwa tagħhom il-preparamenti tat-tim nazzjonali Malti tal-hockey li jinsab fil-belt Portugiża ta’ Lousada sabiex jipparteċipa fit-tielet diviżjoni tal-Euro Hockey Championship. Il-kontinġent Malti wasal f’Lousada lbieraħ filgħodu sabiex wettaq sessjoni ta’ taħriġ mal-kowċ tat-tim nazzjonali Andre Ghio. Aktar tard matul il-ġurnata Malta lagħbet partita ta’ ħbiberija kontra l-Portugall fejn tilfu bl-iskor ta’ 4-3 minkejja li kellhom wirja tajba.
Malta tiftaħ l-impenji tagħha f’dan it-turnament nhar it-Tnejn li ġej meta jilagħbu kontra t-Turkija fit-8.00pm ħin ta’ Malta filwaqt li jumejn wara huma jaffrontaw lil Belarus, partita li tibda fit-3.30pm.

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkummenta l-logħob tal-Kampjonat Premier. Jippreżenta l-programm 'Wara d-90Minuta' fuq Radju Malta 2'