Hockey
Hockey: Jibda t-tieni rawnd tal-kampjonat nazzjonali

Il-Ħadd li għadda kompla l-Kampjonat Nazzjonali tal-Hockey bil-ftuħ tat-tieni round u l-partitissima bejn Qormi Daikin u Sliema Hs.

Il-logħba spiċċat f’draw ta’ 2-2; riżultat li biddel ftit li xejn ras il-klassifika.

Bħas soltu Qormi u Sliema offrew logħba b’hockey tajjeb kif ukoll mumenti ta’drama sportiva. Sliema feħu tajjeb u ħadu vantaġġ ta’ żewġ goals b’goals ta’ Alessandro Amore fl-ewwel taqsima u l-captain Shaun Grima f’’nofs it-tieni taqsima. Qormi Daikin, għalkemm ma kienux fis-soltu forma tagħom, irpiljaw tard fil-logħba u b’ goals ta’ Luke Bajada u Keith Calleja ġabu d-draw u punt. Ikkontrollaw il-logħba James Mizzi u Shawn Mifsud.

Fit-tieni logħba Rabat għelbu l-White Hart b’gowl ta’ Shawn Dimech fil-25M ta’ l-ewwel taqsima. Din il-logħba ħalliet lill White Hart għadhom ifittxu l-ewwel gowl u punt ta’ l-istaġun. Umpires tal-logħba kienu Nathan Galea u Keith Calleja.

Klassifika:

Lagħbu Punti
Qormi Daikin 5 8
Floriana Young Stars 4 6
Sliema Hs. 5 6
Rabat 5 4
White Hart 5 0

Il-Kampjonat ikompli l-Ħadd b’logħba oħra kbira bejn il-Floriana Young Stars u Qormi Daikin fil-11:00am. Fid-09:00 Sliema Hs jilgħabu mar-Rabat.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Hockey

Vladimir Putin, il-President tar-Russja, lagħab partita ice hockey fir-Red Square ta’ Moska bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ewwel tas-Sena li jsiru fil-pajjiż. Putin kien mgħejjun minn tim ta’ ex plejers professjonali tal-ice…

Aktar