Sport Lokali
Hockey: Nathan Galea magħżul bħala umpire fl-EHF Tournament fil-Portugall
L-Umpire internazzjonali Malti Nathan Galea ġie magħżul mill-European Hockey Federation (EHF) sabiex jikkontrolla xi logħbiet waqt il-EuroHockey Championship III li se jsiru fil-belt Portugiża ta’ Lousada bejn l-1 u s-7 t’Awwissu li ġej.
Galea ilu jikkontrolla logħbiet tal-hockey għal dawn l-aħħar sitt snin kemm f’turnaments lokali kif ukoll kompetizzjonijiet internazzjonali. Hu kellu wkoll esperjenza li jikkontrolla logħbiet mill-kampjonati domestiċi fl-Iskozja, l-Irlanda u Spanja. Kellu x-xorti wkoll li jkun parti mill-uffiċjali tal-logħba waqt il-EuroHockey Championship III li sar f’Ġibilta fis-sena 2019.
Nathan Galea jikkontrolla b’mod regolari logħbiet mill-kampjonat nazzjonali tal-Hockey.
Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkummenta l-logħob tal-Kampjonat Premier. Jippreżenta l-programm 'Wara d-90Minuta' fuq Radju Malta 2'