Hockey
Hockey: Pospost ukoll il-Club Challenge, diżappunt għal Qormi Daikin u Gree Hotsticks

Diżappunt fl-isfond tal-kriżi COVID-19 għal żewġ Club Maltin tal-Hockey Qormi Daikin u Gree Hotsticks li għadhom kif ħadu l-aħbar li ġie pospost ukoll it-Tournament EuroHockey Club Trophy u l-Club Challenge 2020.

Din id-deċiżjoni ttieħdet mill-Federazzjoni Ewropea tal-Hockey l-EHF li għarrfet lill-Assoċjazzjonijiet ewropew kollha nkluża l-Hockey Association of Malta bid-deċiżjoni.

Iż-żewġ Clubs Maltin kienu se jikkompetu fil-Club Challenge Men III liema Tournament kien skedat bejn id-29 ta’ Mejju u l-1 ta’ Ġunju 2020 u kien se jsir f’Oslo n-Norveġja.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Hockey

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Hockey ddeċidiet li ma minħabba s-sitwazzjoni tal-COVID-19 f’pajjiżna ma tkompliex il-kampjonati tagħha tal-istaġun 2019/20 u tiddikjara bħala Champions lil dawk il-Clubs li kienu l-ewwel fil-klassfika qabel ma’ waqqfu…

Hockey

Il-Hockey Association of Malta (HAM) għadha kemm iffirmat ftehim ta’ 18 -il xahar mal-Club Olandiż ta’ HC Schiedam. Dan il-proġett hu parti mill-inizjattiva tal-European Hockey Federation (EFH) u l-Federazzjoni Nazzjonali tal-Hockey…

Hockey

Fir-Russja: Hekk kif il-lenti internazzjonali qedgħa fuq l-iskandlu tad-doping f’dan il-pajjiż, il-President tal-pajjiż Vladimir Putin mar jilgħab il-Hockey flimkien mal-Ministru tad-difiża Russu Sergei Shoigu. Huma lagħbu flimkien ma’ diversi players…

Aktar