Hockey
Hockey: Qormi Daikin dikjarati Champions tal-istaġun 2019/20

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Hockey ddeċidiet li ma minħabba s-sitwazzjoni tal-COVID-19 f’pajjiżna ma tkompliex il-kampjonati tagħha tal-istaġun 2019/20 u tiddikjara bħala Champions lil dawk il-Clubs li kienu l-ewwel fil-klassfika qabel ma’ waqqfu l-kampjonati rispettivi.

Qormi Daikin b’hekk ġew dikjarati Champions tal-kampjonat Nazzjonali kif ukoll Champions tal-kampjonat Nazzjonali 9-a-side u anke ta’ taħt l-14 -il sena.

Gree Hotsticks min naħa tagħhom ġew dikjarati Champions tal-kampjonati U-16 u U-18.

F’Laqgħa li saret il-bieraħ filgħaxija il-Hockey Association of Malta kkonfermat li l-kompetizzjoni tan-KO mhux se ssir għal dan l-istaġun.

F’deċiżjoni importanti oħra ġie deċiż li kemm Qormi Daikin u Gree Hotsticks li kienu se jirrapreżentaw lill-Malta fil-kompetizzjonijiet Ewropej tal-Hockey tas-sena 2020 li ġew posposti se jibqgħu ir-rappreżentanti Maltin fl-edizzjoni tas-sena d-dieħla.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Hockey

Il-Hockey Association of Malta (HAM) għadha kemm iffirmat ftehim ta’ 18 -il xahar mal-Club Olandiż ta’ HC Schiedam. Dan il-proġett hu parti mill-inizjattiva tal-European Hockey Federation (EFH) u l-Federazzjoni Nazzjonali tal-Hockey…

Hockey

Diżappunt fl-isfond tal-kriżi COVID-19 għal żewġ Club Maltin tal-Hockey Qormi Daikin u Gree Hotsticks li għadhom kif ħadu l-aħbar li ġie pospost ukoll it-Tournament EuroHockey Club Trophy u l-Club Challenge 2020. Din…

Hockey

Fir-Russja: Hekk kif il-lenti internazzjonali qedgħa fuq l-iskandlu tad-doping f’dan il-pajjiż, il-President tal-pajjiż Vladimir Putin mar jilgħab il-Hockey flimkien mal-Ministru tad-difiża Russu Sergei Shoigu. Huma lagħbu flimkien ma’ diversi players…

Aktar