Hockey
Hockey: Qormi Diakin jibdew b’rebħa konvinċenti

Qormi Daikin bdew id-difiza taċ-Challenge Cup b’rebħa konvinċenti ta’ 7-1 kontra r-Rabat. Dan ir-riżultat jiġġarantixxi post fis-semi-finali kemm għal Qriema kif għal White Hart u l-logħba ta’bejnithom nhar il-Ħadd tiddeċidi l-ewwel u t-tieni post f’Grupp A.

Għar r-Rabtin il-logħba ħadet l-istess għandament tal-logħba mal-White Hart. Fl-ewwel taqsima żammew mal-aversarji tagħhom imma hekk kif dawn bdew jagħmlu użu tajjeb bil-bank tas-sostituti Rabat ma kellhomx risposta u ġew kastigati fit-tieni taqsima.

Keith Bajada poġġa l-Qormi fil-vantaġġ fl-kwarta u gol ieħor ghal Qriema minghand Ayrton Falzon u penalty stroke ta’ Shane Hewgill Lovett ghar-Rabtin għalqu l-ewwel taqsima fuq l-iskor ta 2-1. It-tieni taqsima kient storja oħra hekk kif fit-tielet u raba kwarti Qormi Daikin skurjaw ħames darbiet minghajr risposta. Keith Bajada skrja it-tieni gol tiegħu u biex ma kunx inqas, ħuħ Luke skurja tnejn hu. Il-gowls l-oħra gew minghand Juan Sarcia u Steve Tanti. L-umpires tal-logħba kienu Glen Bonello u Edward Hughes.

Ic-Challenge Cup tkompli l-Ħadd meta fid-9:00 jilgħbu Floriana Young Stars mas-Sliema Hs. u fl-11:00AM jilgħabu Qormi Daikin mal-White Hart.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Hockey

Il-Ħadd li għadda ngħata bidu għall-Kampjonat Nazzjonali tal-Hockey 2019/20 biċ-champions renjanti Qormi Daikin u Floriana Young Stars rreġistraw rebħiet faċli. Wara t-telfa ftit li xejn mistennija kontra White Hart fil-logħba…

Hockey

Hockey: Għaż-żewġ staġuni li ġejjin it-timijiet taż-żgħar kif ukoll dawk tal-kbar ta’ Sliema Hotsticks se jkunu qegħdin jiġu sponsorjati minn BT Commercial taħt l-isem GREE. Il-klabb se jikkompeti taħt l-isem…

Hockey

Fil-Final taċ-Challenge Cup 2019 kien QORMI DAIKIN   li rebħu  3-2 kontra GREE HOTSTICKS 3-2 . Fil-logħba għat-tielet post WHITE HART rebħu lil FLORIANA YS 2-1.

Aktar